Lokali
AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Nicholas jinħareġ mill-Knisja fost iċ-ċapċip ta’ dawk preżenti

Dalgħodu ngħatat l-aħħar tislima lil Nicholas Zammit, it-tifel ta’ seba’ snin li miet f’inċident traġiku f’barriera l-għada tal-Milied. Fi Knisja ipakkjata fil-Qrendi, attendew it-tfal mill-iskola fejn kien jattendi Nicholas fil-Kulleġġ ta’ San Benedittu, ilkoll bl-uniformi. Wara li nqara l-evanġelju li fih Ġesu’ jgħid lid-dixxipli Tiegħu jħallu lit-tfal imorru għandu, l-amministratur tal-parroċċa Fr Mario Said, fakkar kif seba’ xhur ilu biss, Nicholas kien fl-istess Knisja flimkien ma’ sħabu tal-iskola liebes libsa sabiħa, fejn iċċelebra l-ewwel tqarbina.

“Min jaf Nicholas x’ħass f’qalbu? Illum liebes libsa tal-preċett u Ġesu qed iħaddnu miegħu. Ftakru li se jkun magħkom fl-ispirtu. Fil-kunċert tal-iskola kellu l-parti li jferraħ lil Ġesù. Perswaz li dakinhar Ġesù feraħ ħafna bih. Perswaz li issa kuntent għax qed iħaddnu miegħu.”

Fr Mario Said qal li Nicholas kien tifel intelliġenti, u li jferraħ lil ta’ madwaru. Qal kif fil-klassi kien hemm tifel li ma jafx bil-Malti, u Nicholas kien wieħed li jżommlu kumpanija.
Temm l-omelija tiegħu billi qal li “Alla ma jibgħatilniex traġedji, u t-tbatija hija parti mill-ħajja. Ġesù nnifsu ta ħajtu għalina biex aħna nkunu nistgħu jkollna ħajja. Għax aħna llum qed niċċelebraw mhux il-mewt ta’ Nicholas, iżda l-ħajja ta’ dejjem. Nistgħu ngħidu li fil-parroċċa tagħna issa għandna qaddis ieħor jinterċedi għalina.”

Fost dawk li qraw fil-Knisja kien hemm ħuh Braydon li qara talba tal-fidili u talab biex Alla jżomm Idejh fuq il-ġenituri tiegħu u ta’ Nicholas.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Wasteserv bdiet il-proċess biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha fil-Magħtab. Madwar għoxrin bidwi fl-inħawi li bejniethom għandhom madwar 250,000 metru kwadru ta’ raba’ ġew infurmati li l-Wasteserv qed tikkunsidra li tespropja din…

Kronaka

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat wara li allegatament saq fuq uffiċjal tal-pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:30 fl-akkwati ta’ Buġibba u ġie arrestat ftit tal-ħin wara fil-Mellieħa. Aktar dettalji fil-ħin…

Lokali

Il-kumpanija Steward Health Care Malta ppreżentat lill-Awtorita tal-Ippjanar applikazzjoni ta’ żvilupp għall-Isptar San Luqa biex fi kliemha jerġa’ jingħata l-ħajja bħala sptar modern li jinkludi aċċessibiltà aħjar għall-ispazji miftuħin u…

Għawdex

Għadha attiva ħafna fuq l-aġenda tal-gvern l-idea li Malta jkollha sistema ta’ metro, tant li l-Ministru Ian Borg ikkonferma ma’ TVM li l-istudju dwar dan jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u…

Aktar