Lokali
Nickelodeon Treasure Hunt se tiġi f’Malta

L-Awtorità tat-Turiżmu wara li rnexxielha tħajjar turiżmu tal-festivals mużikali issa qed timmira li tilħaq faxxa oħra ta’ turiżmu tal-familji bit-tfal. L-ewwel attività għal dan il-għan ser issir fil-btajjel tal-Għid tas-sena d-dieħla b’karattri popolari mat-tfal li ser ikunu Malta għal dik li qed tissejjaħ Nickelodeon Treasure Hunt Malta bi ftehim bejn l-Awtorità u Viacom Velocity International.

Sponge Bob, Nella the Princess Knight, Paw Patrol u t-Teenage Mutant Ninja Turtles se jkunu fostna f’Malta f’April tas-sena d-dieħla. Permezz ta’ ftehim bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Viacom Velocity International, bejn it-13 u t-18 ta’ April tal-2019, f’Malta se ssir dik li qed tissejjaħ Nickelodeon Treasure Hunt. Nickelodeon huwa stazzjon televiżiv popolari ħafna mat-tfal li għandu iżjed li jasal f’iktar minn 500 miljun residenza u f’170 pajjiż.

Għal din il-kaċċa għat-teżor, il-karattri tant maħbuba mit-tfal se jitqassmu fl-akwarju nazzjonali, fiċ-ċentru Esplora, fiċ-ċentru ta’ Kreattività fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, u fis-suq tal-Belt.

Il-Viċi President responsabbli mill-marketing kreattiv ma’ Viacom Velocity Internatinal, Russell Samuel, tkellem fuq dawn l-attivitajiet li se jsiru fin-Nickelodeon Treasure Hunt Malta.

Russell Samuel qal li “there will be activity packs that will help kids and families explore the island, there will be a treasure hunt of pop-up character experiences, tourist attractions across the island, the kids will be able to collect stamps and redeem for prices at the end of the holiday, there will be free Nickelodeon theater shows, a Nickelodeon animation center that will include screenings for kids and families throughout the week and a character parade through Valletta old time.”

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li parti mill-istrateġija tal-Gvern hi li tiżviluppa attivitajiet għall-familji u t-tfal u sostna li b’din il-kaċċa għat-teżor se jissaħħaħ it-turiżmu fi żmien l-Għid u ser isir pubbliċità internazzjonali għal erba’ xhur sħaħ minn Settembru li ġej.

Il-Minisstru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li “fil-passat għamilna ħafna xogħol fuq parties, żgħażagħ, kultura. Naħseb għal dawk il-familji li jiġu bit-tfal f’Malta ma tantx hawn x’tagħmel. Xtaqna norganizzawha f’perjodu tal-Easter meta l-maltin ukoll ikollhom il-vakanzi tagħhom.”

Iċ-Chairman tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti, MHRA, Tony Zahra, qal li l-assoċjazzjoni ilha tisħaq li għandu jkun hemm avvenimenti bħal dawn li jiġbdu lejn Malta familji bit-tfal.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Tlett ijiem wara li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ nfurzar f’razzett f’Ħal Qormi fejn 110 immigranti legali instabu jgħixu f’dak li suppost kien razzett tal-baqar, crew minn TVM reġa’ żar…

Knisja Maltija

Il-kariżma, it-taħdidiet u l-omeliji ta’ Monsinjur Victor Grech baqgħu jiġbdu l-ammirazzjoni tal-ħafna li jfittxu li jsegwu l-quddies tiegħu. Wara li serva bħala direttur tal-Caritas għal kważi 40 sena, illum għadu…

Lokali

Sitt personalitajiet televiżivi jinsabu fi triqithom lejn l-Indja bħala parti mill-programm il-Proġett fuq TVM, biex jgħinu fil-bini ta’ istitut tat-tfal. Uħud mill-personalitajiet li nafuhom għall-komiċità fuq it-televiżjoni, fosthom Ġorġ tad-Doughnuts…

Kronaka

Turist, Ġermaniż ta’ 68 sena li kien qed jgħum barra l-għar tad-Dwejra Għawdex instab mejjet wara li sab diffikultà fil-baħar. TVM huwa infurmat li l-inċident seħħ ftit wara l-5pm. Kien…

Aktar