Barranin
Nicki Minaj tħassar l-impenji tagħha fl-Arabja Sawdija

Ir-rapper Nicki Minaj ħassret spettaklu li kellha ppjanat għall-ġimgħa d-dieħla fl-Arabja Sawdija. Hija qalet li ħadet din id-deċiżjoni bħala appoġġ għall-ġlieda għad-drittijiet tan-nisa u tal-komunità LGBTIQ f’dan il-pajjiż.

Meta wieħed iqis l-istil tal-kantanta, il-preżenza tagħha f’dan il-pajjiż ġabet diversi mistoqsijiet u kritika minħabba li hu magħruf bħala ultra konservattiv fejn jidħlu n-nisa. Fost il-mistoqsijiet li bdew jitqassmu kien dwar l-istil tal-ilbies li tilbes u l-lirika tagħha.

Min-naħa tagħha, l-Arabja Sawdija bdiet tagħmel sforz biex tnaqqas ir-restrizzjonijiet fuq l-ispettaklu sabiex tinkkoraġġixxi t-tkabbir fis-settur tal-arti.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Inqatgħu l-linji tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-elettriku fil-belt kapitali tal-Greċja hekk kif ftit tal-ħin ilu nħass terremot qawwi fiż-żona. Bosta persuni ħarġu jiġru fit-toroq bħala prekawżjoni. It-terremot immarka 5.3 fuq l-iskala…

Kurżitajiet

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali qajjem furur fost dawk li ta’ spiss jivvjaġġaw bl-ajruplan. Fil-filmat jidher raġel li ma ddejjaq xejn jinża ż-żarbun biex juża’ saqajh u jinnaviga fuq touchscreen…

Barranin

Raġel ta’ 60 sena baqa’ skantat hekk kif induna li fuq pakkett tas-sigaretti tefgħu ritratt ta’ siequ maqtugħa bħala twissija kontra t-tipjip u l-perikli li jġib miegħu. Ir-raġel, li jgħix…

Teknoloġija

Huma bosta dawk li fuq il-Facebook qed itellgħu r-ritratt tagħhom ta’ kif se jkunu qed jidhru fil-ġejjieni. Iżda kemm hu għaqli li tagħmel dan? Xi tkun qed tagħmel eżatt meta…

Aktar