Lokali
Nies għal Qorti għada dwar il-każ tal-bomba li ma ħaditx fil-Fgura

TVM jinsab f’pożizzjoni jiżvela li għada filgħodu l-Pulizija se tressaq nies il-Qorti mixlija b’reati marbuta mat-tqegħid ta’ bomba ma’ karozza fil-Fgura f’każ li jmur lura għall-4 ta’ Jannar 2018.

L-investigazzjoni dwar il-każ għadha attiva ħafna u fi tfittxijiet li saru fl-aħħar sigħat instabu bosta oġġetti b’rabta mal-kriminalità.

Ilbieraħ ġew arrestati erba’ rġiel; tlieta minn Birżebbuġa u wieħed mix-Xgħajra. Mhux eskluż li l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ iwasslu lill-Pulizija biex tieħu passi fuq każi jew reati oħra.

Ara wkoll:

FILMAT: Suspettat fil-bomba tal-Fgura jinħareġ taħt arrest mill-garaxx f’Birżebbuġa