Barranin
Nies midruba wara li karozza nstaqet fuq in-nies waqt iċ-ċelebrazzjonijiet f’Tokjo

Ftit wara t-tokki ta’ nofsillejl, f’żona turistika f’Tokjo, karozza saqet għal fuq in-nies li kienu qed jiċċellebraw il-bidu tas-sena l-ġdida.

Dan l-attakk, li qed jitqies bħala wieħed terroristiku, seħħ fiż-żona ta’ Harajuku u ħalla tmien persuni midruba u persuna mitlufa minn sensieha.

Rapporti internazzjonali qed jirrapportaw li s-suspettat, li għandu madwar 20 sena ġie arrestat u qal li dan kien attakk terroristiku.