Televiżjoni u Radju
“Nifirħilkom talli għamiltu sensiela daqshekk twila u informattiva” – Dr George Vella jrodd ħajr lil ‘TVAM’

Kull bidu għandu tmiem. Madwar ftit anqas minn 400 programm wara, ‘TVAM’ dalgħodu xxandar għall-aħħar darba. Programm, li minn sbieħ il-jum, ta’ kuljum, offra doża ta’ aħbarijiet u stieden għadd imdaqqas ta’ nies bil-għan li jwassal pariri siewja lit-telespettaturi fuq firxa wiesgħa ta’ suġġetti. Spikka, b’mod speċjali, in-natural ħelu u l-ispirtu pożittiv għall-aħħar li tant jikkaratterizza lill-preżentaturi. L-aqwa mod, fi ftit kliem, kif dak li jkun ikattar l-għarfien tiegħu u xejn xejn jibda l-ġurnata bi tbissima.

Proprju dalgħodu, fost l-aħħar interventi waqt ‘TVAM’ dak tal-Eċċellenza Tiegħu l-President George Vella li fost l-oħrajn feraħ lit-tim ta’ ‘TVAM’ talli frott ħidma sfieqa u b’kontinwità liema bħalha rnexxielu jxandar sensiela daqstant twila u informattiva fuq l-istazzjon nazzjonali. Dr Vella żied jgħid li jittama li ‘TVAM’ jissokta b’aktar xandiriet fil-futur qarib.

Intant, f’post fuq Facebook mogħni ringrazzjamenti, il-preżentatur ta’ ‘TVAM’ Quinton Scerri stqarr li għal dawn l-aħħar sentejn dak immexxi minnu u mill-preżentattriċi Clara Farrugia kien l-aktar programm segwit ta’ kull filgħodu b’udjenza medja ta’ madwar 25,000 ruħ u 45,000 persuna fl-ogħla perjodu.

L-istorja ta' TVAM tintemm hawn! 390 programm wara; nuqqas ta' irqadt, sagrifiċċju, iżda fuq kollox sodisfazzjoni….

Gepostet von Quinton Scerri am Freitag, 26. Juni 2020

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-kantanta Maltija Giorgia Borg għandha biss 12-il sena. Minkejja l-età pjuttost ċkejkna, f’April tas-sena l-oħra Giorgia ttantat xortiha b’kanzunetta oriġinali lil hinn minn xtutna fix-show ‘Britain’s Got Talent’ u f’kemm ili…

Reliġjon

Tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minn xtut il-gżejjer Maltin, Sqallija mogħnija b’pajsaġġ pittoresk li jsaħħar l-għajnejn u b’għadd ta’ bliet il-ġmiel tagħhom. Fosthom, il-belt ta’ Modica. Liema żona, fost l-oħrajn,…

Kurżitajiet

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, għal darb’ oħra għamel referenza għal Malta b’mod li ma tantx niżel tajjeb mal-Maltin, wara li fl-2012 iddieħak bil-Maltin għax xtraw il-bendy buses mingħand…

Aktar