Niġerjan jinżamm arrestat fuq akkużi ta’ traffikar ta’ eroina

Uchena Anya ta’ 33 sena min-Nigerja iżda li joqgħod San Pawl il-Baħar wieġeb mhux ħati li pprova jittraffika lejn Malta flimkien ma’ persuni oħra madwar nofs kilogramma eroina.

L-Ispettur Gabriel Micallef qal li l-akkużat inqabad waqt investigazzjoni fuq traffikar ta’ droga fuq persuni oħra.

Spjega li Uchena Anya tkellem mal-persuni investigati fit-traffikar u ġie akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet ta’ libertà proviżorja li ngħata dwar kawża oħra.

L-avukati tal-akkużat Gianella de Marco u Gianluca Caruana Curran ma talbux għal libertà proviżjora u l-akkużat baqa’ miżmum arrestat.