Lokali
“Ninsab eċitata ħafna… irrid nagħti prestazzjoni tajba”

Il-Ministru Carmelo Abela, laqa’ lir-rebbieħa tal-Malta Junior Eurovision Song, Chanel Monseigneur, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Il-Ministru Abela, filwaqt li awguralha għas-suċċess li kisbet, qal li kompetizzjonijiet bħal dawn iservu ta’ opportunità biex it-tfal jaqsmu t-talent tagħhom ma’ ħaddieħor u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.

Il-Ministru Abela stqarr li din is-sena, l-esperjenza tal-festival għat-tfal se tkun differenti minħabba l-pandemija. Qal iżda li din xorta se tkun opportunità tad-deheb għal Chanel biex tiżviluppa tiegħu.

Min-naħa tagħha, Chanel Monseigneur qalet li tinsab eċitata ħafna u qed tħares ‘il quddiem biex tagħti prestazzjoni tajba.