Lokali
“Ninsab kuntenta għax-xogħol li għamilt u nħares ‘il quddiem” – Helena Dalli

Helena Dalli ġiet innominata biex isservi bħala Kummissarju Ewropew. Ftit wara li tħabbret din in-nomina TVM ħa l-kummenti ta’ Dr Dalli.

Ma’ TVM hija qalet li tinsab onorata bil-fiduċja li wera fiha l-Prim Ministru. Qalet li tinsab kuntenta ħafna għax-xogħol li għamlet fi żmien li kienet Ministru u qed tħares ‘il quddiem.

Spjegat li s’issa għadha ma tafx dwar x’portafol jista’ jkollha għax għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet.

Ara l-kumment ta’ Dr Dalli hawn:

Ara wkoll:

Il-PM jinnomina lil Helena Dalli biex isservi bħala Kummissarju Ewropew – Edward Zammit Lewis maħtur Ministru

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija qed iżżomm arrestat raġel, u għaddejja bi tfittxija għal raġel ieħor, b’rabta ma’ każ ta’ aggressjoni f’Marsalforn. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li raġel ta’ 24 sena mis-Somalja, li jgħix…

NGOs

L-għaqda Voice for Choice jinsabu urtati għall-fatt li l-President ta’ Malta George Vella se jkun qed jindirizza manifestazzjoni kontra l-abort nhar is-Sibt li ġej fil-Belt Valletta. Fi stqarrija sostniet li…

Kronaka

Il-Protezzjoni Ċivili dalgħodu ssejħet biex titfi nar li qabad ġo showroom fit-Telgħa ta’ Gwardamangia, biswit l-isptar San Luqa. In-nar ġie kkontrollat f’ħin qasir u ħadd ma weġġa’. TVM infurmat li…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela llum se jkollu l-ewwel laqgħa mal-ogħla awtoritajiet tal-istituzzjonijiet Ewropej fi Brussell. Dalgħodu l-Prim Ministru minstenni jiltaqa’ mal-President tal-Parlament Ewropew, David Sassoli, u iktar tard waranofsinhar mal-President…

Aktar