Unjoni Ewropea
“Ninsabu determinati li nkomplu naħdmu fl-aħjar interess tal-Għawdxin u tal-Maltin” – PM

Il-pjan il-ġdid tal-President Charles Michel jixbah lil dak oriġinali fl-istruttura, u li sal-Ġimgħa tard bil-lejl kien għadu ma jdoqq għal widnejn ħadd. Bid-differenza iżda li l-erba’ pajjiżi li kienu qed iwebbsu rashom: l-Olanda, l-Awstrija, id-Danimarka u l-Iżvezja ġew imwegħda għexieren ta’ miljuni ta’ Ewro oħra fi skont. Fi kliem ieħor skont dawn il-proposti huma se jkunu qed jiffrankaw mal-mitejn miljun ewro billi jieħdu ħlasijiet lura – rebates – mill-flus li oriġinarjament ikunu ħarġu.

Bil-proposti l-ġodda dwar il-Fond ta’ Rkupru mlaqqam New Generation EU, il-bilanċ bejn l-għotjiet u s-self qed ixaqleb b’ħamsin biljun ewro oħra li qed jiġi propost li se jinghataw bħala self. Proposta oħra li niżlet tajjeb mal-PM Olandiż Mark Rutte. Sitt ewro minn kull għaxra tal-Fond ta’ Rkupru se jkunu għotjiet diretti.

Filwaqt li l-proposti l-ġodda jikkonċernaw l-aktar il-Pjan ta’ Rkupru b’valur ta’ 750 biljun ewro, il-pjan oriġinali dwar il-budget għas-seba’ snin li ġejjin jibqa’ l-istess b’valur ta’ ftit aktar minn elf biljun ewro. Iżda minħabba r-rebates ogħla lil ċertu pajjiżi, ġew affettwati programmi dwar l-iżvilupp rurali u l-immigrazzjoni li l-budget tagħhom iċċaqlaq skont il-ħtieġa.

F’dan il-kuntest il-PM Malti Robert Abela qed jibqa’ jinsisti li l-budget għandu jagħraf ir-realtajiet ta’ Malta bħala gżira u mhux semliċement jagħti każ tas-suċċess ekonomiku tal-aħħar snin u tas-suċċess fil-ġlieda kontra l-coronavirus. Determinat li jkompli jinnegozja fl-aħjar interess tal-Għawdxin u tal-Maltin qal fuq il-mezzi soċjali.

Illum inkomplu bl-impenji tagħna waqt is-Summit Speċjali Ewropew fi Brussell dwar il-Budget Ewropew għas-snin 2021-2027…

Gepostet von Robert Abela am Samstag, 18. Juli 2020

Kollox ma’ kollox jidher li l-proposti bdew jinżlu tajjeb tant li sorsi spjegaw li l-Olanda u l-oħrajn illaxkaw fuq il-kundizzjonijiet li bdew jitolbu dwar il-ħarsien tas-saltna tad-dritt f’pajjiżi tal-lvant tal-UE, u s-sejħa għal riformi fl-ekonomiji ta’ pajjiżi tan-nofsinhar tal-UE.
Madanakollu l-proposti l-ġodda tal-President Michel għadhom jinkludu l-kundizzjoni tal-ħarsien tas-saltna tad-dritt. Forsi għalhekk għadhom mhux kuntenti l-Ungerija, l-Polonja u l-Italja fost l-oħrajn. Iżda ċ-ċans li jintlaħaq kompromess huwa ferm aktar reali milli kien sal-Ġimgħa.

Ara wkoll:

Proposti ġodda “jogħġbu” lill-erba’ PM li s’issa kienu qed iżommu kollox

SUMMIT UE: Laqgħat bilaterali f’tentattiv li jinstab kompromess

Summit UE: Meħtieġa kompromessi jew ixolju

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Aktar