MEUSAC
Nipproteġu l-Interessi Finanzjarji tal-UE permezz ta’ Fondi Ewropej

Parti mill-baġit tal-Unjoni Ewropea biex tiffinanzja l-programmi tagħha, tiġi mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri mill-ġbir ta’ taxxi, dazji u levies. Għaldaqstant, l-evażjoni tat-taxxi tagħmel ħsara diretta liċ-ċittadini Ewropej u l-finanzjament b’fondi tal-Unjoni Ewropea.

Biex tindirizza l-evażjoni tat-taxxi u biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha, L-Unjoni Ewropea żviluppat il-programm Hercule III, magħruf ukoll bħala l-programm kontra l-frodi.

Il-Hercule III huwa amministrat mill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi u għandu baġit totali ta’ €104.9 miljun biex jgħin lill-Istati Membri jiġġieldu l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra.

Dawn il-fondi jintużaw l-aktar fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu tat-tabakk, li jammonta għal telf annwali ta’ mill-inqas €10 biljun għall-baġits nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea. Jinxtraw, pereżempju, X-ray scanners u tagħmir tekniku ieħor li jitpoġġa fil-portijiet u l-ajruporti, biex jinqabad dan it-tip ta’ kuntrabandu.

Il-Hercule III jiffinanzja wkoll attivitajiet ta’ taħriġ. Dan it-taħriġ jgħin lill-awtoritajiet nazzjonali jaqsmu l-aħjar prattiki permezz ta’ seminars u konferenzi dwar kwistjonijiet bħall-prevenzjoni tal-korruzzjoni fl-għoti ta’ kuntratti. Il-programm ta’ fondi jappoġġja wkoll taħriġ speċjalizzat biex ikabbar il-ħiliet forensiċi diġitali tal-persuni li jinfurzaw il-liġijiet.

Permezz tal-assistenza tal-MEUSAC, fis-snin li għaddew, id-Dipartment tad-Dwana ta’ Malta applika b’suċċess għal fondi taħt dan il-programm. Infatti, permezz ta’ wieħed mill-proġetti implimentati taħt il-Hercule III, b’baġit ta’ ftit aktar minn nofs miljun ewro, id-Dipartiment tad-Dwana waqqaf Taqsima tal-Klieb u xtara software tal-IT.

Bl-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett, id-Dipartiment tad-Dwana sar iktar mgħammar bl-għodda meħtieġa għall-ġlieda kontra l-importazzjoni illegali, l-esportazzjoni u t-trasbord ta’ oġġetti illeċiti flimkien mal-evażjoni tat-taxxa marbuta ma’ attivitajiet illegali bħal dawn.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Hercule III jew programmi ta’ fondi oħra tal-Unjoni Ewropea, tista’ tikkuntattjana fuq [email protected] jew 2200 3300.

Dan it-tagħrif ġie miġbur minn:

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

F’post fuq il-midja soċjali, persuna xerrdet ritratti tal-karozza tagħha, wara li din kienet involuta f’hit-and-run ftit tal-jiem ilu. Fuq Facebook qalet kif fil-11 ta’ Jannar, ħalliet il-karozza pparkjata f’kaxxa bajda…

Kronaka

Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 39 sena mill-Marsa suspettat li wettaq sensiela ta’ serqiet minn ħwienet fl-aħħar ġimagħtejn. L-arrest sar mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali fil-lejl…

Politika

Dr Justyne Caruana ddikjarat li ma kinitx konxja tal-istorja rrapportata fil-midja dwar il-qrubija bejn żewġha, l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta, u Yorgen Fenech, li huwa s-suspettat mandant ewlieni fil-qtil ta’…

Politika

Id-ditta legali Chetcuti Cauchi xandret il-partijiet mill-filmat li ma kinux ixxandru mill-istazzjon Franċiż M6, li qalet li jiskolpawha mill-allegazzjonijiet li saru dwarha b’rabta mal-iskema taċ-ċittadinanza b’investiment, u li wasslu biex…

Aktar