Lokali
AĠĠORNATA 2: Mara f’qagħda kritika u tifla l-isptar wara nirien f’dar fiż-Żurrieq

Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara li nirien ħadu f’washroom f’dar fiż-Żurrieq.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ tvm.com.mt li n-nirien ħadu fi Blue Grotto Avenue fil-11.30am.

Mara ta’ 37 sena u tifla ta’ 8 snin, li kienu fir-residenza, iddaħħlu l-isptar minħabba li belgħu xi duħħan. Il-mara ġiet iċċertifikata li tinsab f’kundizzjoni serja, filwaqt li l-kundizzjoni tat-tifla għadha mhux magħrufa.

Sorsi infurmati qalu ma’ tvm.com.mt li n-nirien bdew minn spindryer.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.