
Kronaka

Koppja anzjana tgħodda b’waħda wara li ħadet in-nar is-siġra tal-Milied
Koppja anzjana ġiethom tajba wara li llum waranofsinhar waqt li kienu f’darhom, qabditilhom is-siġra tal-Milied.
Fuq il-post, fi Triq l-Imradd f’Ta’ Xbiex, marru żewġ ambulanzi u tliet vetturi tat-tifi tan-nar.
Fl-appartament ta’ fuq nett, telgħu numru ta’ pumpiera li kkontrollaw in-nar fi ftit tal-ħin.
L-anzjani tniżżlu f’waħda mill-ambulanzi u ngħataw trattament fl-ambulanza stess għad-dħaħen li belgħu.
Huma tħallew jidħlu lura f’darhom ftit tal-ħin wara.

