Barranin
Nirien fil-Katidral ta’ San Pietru u San Pawl fi Franza

Nar ħakem ġewwa tal-Katidral ta’ Nantes fil-punent ta’ Franza.

Ritratti u filmati juru pumpiera fuq barra tal-Katidral li nbena fis-seklu 15.

Sena ilu nirien kbar hakmu l-Katidral Notre Dame f’Pariġi u għamlu ħsara fis-saqaf u l-kampnar.

Din mhix l-ewwel darba li l-Katidral ta’ Nantes ħa n-nar. Patri minnu nqerdet min-nirien fit-Tieni Gwerra Dinjija waqt li fl-1972 nar għamel ħsara fis-saqaf li reġa’ nbena 13-il sena wara.