Barranin
Nirien f’Kalifornja joqtlu 23 ruħ, 300 ruħ mitlufa

Riħ qawwi kompla jħarrek nirien qawwija li s’issa diġà qatlu 23 ruħ f’Kalifornja. Id-diżastru tan-nirien ħalla eluf mingħajr saqaf fuq rashom filwaqt li 300 ruħ għadhom ma nstabux.

In-nirien mgħejjuna mill-qawwa tar-riħ qed ikomplu jagħmlu s-sitwazzjoni katastrofika, hekk kif bliet sħaħ f’dan l-istat magħruf għall-inbid li jagħmel, qed jitbattlu mir-residenti li telqu biex jaħarbu n-nar.

In-nirien li huma fost l-iktar qattiela għaddew minn Kalifornja u wasslu anke sa San Francisco li jinsab mal-100 kilometru bogħod miċ-ċentru ta’ Kalifornja.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Splużjoni kbira f’impjant tal-gass fl-Awstrija ħalliet persuna mejta u minn tal-anqas 18 feruti. L-isplużjoni li seħħet għall-ħabta tad-8.45 ta’ dalgħodu fis-sit Baumgarten ikkawżat ukoll in-nirien, bl-awtoritajiet iżda jgħidu li s-sitwazzjoni…

Barranin

Amnesty International qed tallega li l-Gvernijiet Ewropej huma kompliċi fit-tortura u l-abbuż tar-refuġjati u l-immigranti fil-Libja. F’rapport, il-grupp qal li bi sforz biex tkun indirizzata l-problema tal-immigrazzjoni, l-Unjoni Ewropea qed…

Barranin

Tkompli t-tellieqa kontra l-ħin f’Kalifornja. Iktar minn 8,000 ta’ pumpiera mifruxa mal-istat kollu biex iżommu l-qilla tan-nirien li komplew jintensifikaw. Ir-riħ qawwi kellu jibda jonqos imma baqa’ għaddej b’saħtu u…

Aktar