Barranin
Nirien fl-Amażonja: Il-Gvern Brażiljan se jirrifjuta l-għajnuna finanzjarja mill-pajjiżi tal-G7

Il-Gvern Brażiljan qal li ser jirrifjuta offerta t’għajnuna finanzjarja mill-pajjiżi tal-G7 biex jintfew in-nirien li ħakmu l-Amażonja.

Il-President Franċiż Emmanuel Macron, qal li l-pajjiżi tal-G7 qed joffru 22 miljun dollaru Amerikan. S’issa, uffiċjali Brażiljani ma taw l-ebda raġuni għall-oġġezzjoni tal-għajnuna.

Iżda l-President Jair Bolsonaro akkuża lil Franza li qed tiratta lil Brażil bħala kolonja.

ll-Ministru tad-Difiża qal li n-nirien fl-Amażonja jinsabu taħt kontroll.