Lokali
Nirien f’residenza fin-Naxxar

Ħadd ma ndarab f’nirien li llum waranofsinhar ħakmu residenza fin-Naxxar.

Il-Pulizija qalet li n-nar tkebbes għall-ħabta tal-4.30 p.m. f’residenza li tinsab fi Triq in-Naħal. Fuq il-post issejħu bosta vetturi tat-tifi tan-nar u tim mediku mill-isptar Mater Dei. S’issa għad mhux magħruf x’ikkawża n-nirien.

Il-Pulizija mid-Disrett tan-Naxxar qed tinvestiga l-każ.