Lokali
Nirien jieħdu f’residenza fil-Ħamrun

Ħadd ma weġġa’ meta nirien ħadu f’residenza fi Triq Mikiel Anton Vassalli.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ tvm.com.mt li l-inċident seħħ fil-5pm u fid-dar ma kien hemm ħadd.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-istrapazz għal statwa waqt li tinġarr fuq l-ispalla f’jum il-festa, u l-varjazzjoni kbira tal-umdità fin-niċċa tagħha wasslu biex fix-xhur li għaddew saru interventi ta’ konservazzjoni fuq l-istatwa ta’ Santa Marija…

Lokali

Fi żmien tletin sena, mistennija jirduppjaw il-persuni bid-dimensja. Quddiem din l-isfida, il-Gvern waqqaf kumitat nazzjonali ta’ ħidma dwar id-dimensja. F’Malta hawn aktar minn 6,000 persuna li jbatu mill-kundizzjoni tad-dimensja. Dan…

Lokali

Il-Kamra tad-Deputati kellha dibattitu ta’ sagħtejn u nofs mingħajr ma ttieħed vot dwar it-titjib tas-servizzi tas-saħħa li ffoka fuq il-kuntratt tal-Gvern mal-VGH għat-tmexxija ta’ tliet sptarijiet tal-Gvern, tnejn f’Malta u…

Lokali

Erba’ spettakli, b’attivitajiet kulturali distinti, ser jimmarkaw il-bidu uffiċċjali tal-Belt Valletta bħala l-kapitali Ewropea tal-Kultura. It-tħejjijiet jinsabu fl-aqwa tagħhom għalkemm l-organizzaturi qegħdin iżommu pass lura u jħallu s-sorpriżi għas-Sibt li…

Aktar