Kurżitajiet
Nisa biss jistgħu jirfsu f’din il-gżira

Imprenditriċi ħarġet b’kunċett ġdid fil-Finlandja.  In-nisa jistgħu jmorru għal btala privata fuq gżira li fuqha ma jirfsux l-irġiel.  SuperShe Island hija gżira fil-Finlandja attrezzata biex tilqa’ 10 persuni f’4 kmamar lussużi li joffru attivitajiet ta’ ġid għalihom u għal saħħithom.

Kristina Roth ħolqot dan il-kunċett bl-intenzjoni li n-nisa li jmorru f’din il-gżira jkunu lil hinn mill-pressjonijiet soċjali u jieħdu lura l-enerġija li għandhom bżonn biex jikkumbattu mal-ħajja.  Sid il-gżira kienet Kap Eżekuttiv ta’ kumpanija tal-konsulenza u ġiet ispirata minn dak li għaddiet minnu hija stess biex ħarġet b’din l-idea innovattiva.

Roth xtrat il-gżira wara li l-għarus tagħha, li huwa Finlandiż, introduċieha mas-sbuħija naturali ta’ pajjiżu.  Irrinovat il-gżira u bdiet taħdem fuq kif se tattira turisti nisa biss.  Mhux kull min jipprova jirriserva post fuq din il-gżira, awtomatikament jista’ jmur għal btala, għax l-għażla se tkun prerogattiva ta’ sidha.

Filwaqt li kien hemm min ikkritika l-kunċett ta’ Roth, minħabba li hija idea femminista żżejjed u teskludi lill-komunità LGBTIQ, sid il-gżira rribattit li mhu se teskludi lil ħadd, anzi l-unika kundizzjoni li se tagħmel hi li min imur għal btala ma jridx ikun hemm tensjoni dwar il-ġeneru tal-mara li tkun qed tqatta’ ftit jiem ta’ rilassament fuqha.

Roth qed tittama li din id-destinazzjoni turistika ġdida se tkun qed tiżboq is-sbuħija naturali tal-Finlandja.  L-imprenditriċi, li għandha wkoll propjetà fi gżejjer oħrajn, tixtieq li tkabbar dan in-negozju jekk jirnexxi l-pjan tagħha fuq din il-gżira Finlandiża.

Aħbarijiet Oħra
Renju Unit

L-għada li l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea rrifjutaw il-pjan tal-Prim Ministru Ingliża Theresa May għal Brexit, hija ammettiet li n-negozjati mal-Unjoni Ewropea jinsabu fi sqaq. Żied tgħid li għalkemm trid ftehim, ikun…

Barranin

Fi New York mara li taħdem f’daycare centre tat daqqiet bi strument bil-ponta lill-ħames persuni. Il-vittmi huma 3 itfal, 2 ibniet u tifel li kienu ma’ missierhom u mara oħra…

Barranin

Żagħżugħa ta’ 19-il sena mietet tliet ijiem biss wara li żżewġet lir-raġel li kienet tħobb minn meta kienet għadha tifla. Nina Marino ta’ 19-il sena kellha marda terminali. F’Mejju, 2017…

Barranin

Mill-inqas 86 persuna għerqu wara li vapur b’mijiet ta’ passiġġieri għereq f’Lake Victoria t-Tanzanija. Huwa mifhum li mill-inqas in-numru ta’ vittmi jista’ jitla’ għal iktar minn mitejn. Il-vapur, Mv Nyerere…

Aktar