Politika
Nisa Laburisti b’eżekuttiv ġdid

Il-fergħa ta’ Nisa Laburisti (NL) fi ħdan il-Partit Laburista ħatret eżekuttiv ġdid, li se jkun magħmul mill-President Nikita Zammit Alamangou s-Segretarju Eżekuttiv Jennifer Tabone.

Il-kumplament tal-irwoli tal-eżekuttiv ġew maħtura kif ġej: Chair Finanzjarju – Fiona Borg Lewis, Chair Internazzjonali – Christine Dalli, Chair Edukazzjoni – Romilda B Zarb, Chair Bilanċ bejn ix-Xogħol u Familja – Alison Zerafa Civelli, Chair Għawdex – Abigail Camilleri, Chair Azzjoni pożittiva u opportunitajiet indaqs – Davina Sammut Hili, Chair Kumitati Lokali Nisa, Uffiċjali Nisa membri tal-kumitati lokali, u membri Nisa – Nadia Portelli.

Fi stqarrija Nisa Laburisti qalet li tibqa’ kommessa li tkun il-leħen li jwassal l-interessi tan-nisa u tkompli tilqa’ aktar opinjonijiet minn persuni li ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja.

Qalet li din id-determinazzjoni intweriet f’bosta diskussjonijiet b’rabta mar-rappreżentanza tan-nisa fil-politika u f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet; meta ddikjarat favur l-introduzzjoni tal-morning after pill; favur il-bidla fil-liġi tal-IVF u ressqet proposti kontra l-vjolenza domestika, fosthom li għandu jkun hemm qorti ffukata, fost ħafna oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fi stqarrija, il-MAM qalet li se twaqqaf id-direttivi għal ġimgħa min-nhar is-Sibt bit-tama li l-gvern jieħu azzjoni deċiżiva fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna. L-assoċjazzjoni qalet ukoll li l-Gvern għandu jgħaraf l-iżbalji…

Kronaka

Raġel ta’ 20 sena mill-Imtarfa ġarrab ġrieħi gravi u ieħor ta’ 21 sena mill-Imtarfa wkoll ġarrab ġrieħi ħfief wara argument li seħħ ilbieraħ fil-ħdax u nofs ta’ bil-lejl fil-Belt Valletta….

COVID-19

Ftit aktar minn 100 persuna ġew immultati talli fl-aħħar ġimgħa nqabdu mingħajr maskra f’ħames postijiet fejn hu obbligat li tintlibes fosthom fuq tal-linja u fil-ħwienet. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-maskra…

Aktar