Barranin
Nisa tqal jistgħu jgħaddu l-Covid-19 lit-trabi tagħhom fil-ġuf mis-sekonda

Studju riċenti li sar fl-Italja, wieħed mill-pajjiżi madwar id-dinja li ntlaqat ħażin mill-Covid-19, sab li n-nisa tqal jistgħu jgħaddu l-virus lit-tarbija tagħhom fil-ġuf mis-sekonda.

Il-Professur Claudio Fenizia, mill-Università ta’ Milan irrapporta li żewġt itrabi twieldu infettati bil-virus wara li ommijiethom kienu ttestjaw pożittivi għall-marda.

Fl-istudju, 31 mara bil-coronavirus u li kienu fl-aħħar xhur tat-tqala tagħhom fl-eqqel tal-pandemija fl-Italja ġew osservati. Hawnhekk, testijiet u l-istudju meħtieġ sar fuq in-nisa, it-trabi tagħhom ladarba twieldu, is-sekonda, il-ħalib tas-sider fost oħrajn.

B’xorti tajba ma saret l-ebda ħsara lit-trabi l-għaliex dawn ġew infettati tard fit-tqala.

Dwar dan is-suggett, għadhom qed isiru aktar studji.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’Beirut fil-Libanu, dimostranti niżlu fit-toroq jipprotestaw kontra l-Gvern u juru r-rabja tagħhom għall-isplużjoni li ħalliet ħerba sħiħa nhar it-Tlieta. Ħafna Lebaniżi qed jgħidu li din l-isplużjoni seħħet minħabba neġliġenza kbira…

Barranin

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat…

Barranin

It-tieni jum wara l-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Beirut, fost sens qawwi ta’ xokk u rabja l-poplu kompla jnaddaf il-ħerba li sab ruħu fiha. S’issa mal-160 persuna kienu kkonfermati mejta…

Storja

Ħamsa u sebgħin sena ilu bħal-lum, id-dinja nħasdet. It-Tieni Gwerra Dinjija kienet għadha sejra fil-Paċifiku meta l-Istati Uniti tefgħet bomba atomica fuq Hiroshima u tliet ijiem wara fuq Nagasaki. L-effett…

Aktar