Politika
“Nitolbuk tgħinna fuq l-immigrazzjoni” – il-PM lill-Kummissarju Ewropew għall-Intern

Il-Prim Ministru Robert Abela għamel appell imqanqal lill-Kummissarju Ewropew għall-Intern, Ylva Johansson biex tagħraf l-isfidi sproporzjonati li qed taffaċċja Malta fir-rigward tal-immigrazzjoni u ġentilment talabha tgħin lil Malta biex din il-kwistjoni tiġi indirizzata b’mod aktar ġust u ħolistiku. Dr Abela argumenta li din mhix problema ta’ Malta biss imma tal-Ewropa kollha.

Waqt il-laqgħa f’Kastilja, il-Prim Ministru spjega li waqt li s-sena li għaddiet waslu 3,400 immigrant f’Malta, fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena diġà waslu aktar minn elf immigrant.

Dr Abela qal li sa issa sar ħafna diskors dwar l-immigrazzjoni imma qajla kien hemm azzjoni konkreta. Qal li din is-sitwazzjoni ma jistax ikun tibqa’ tiġi ttollerata u jeħtieġ li l-Unjoni Ewropea mill-paroli ngħaddu għall-fatti.

Il-Kummissarju Johansson qalet li hi wirtet portafoll fejn il-proposti tal-Kummissjoni preċedenti għal soluzzjoni kienu ilhom tliet snin u nofs staġnati fil-Kunsill fejn hemm il-Gvernijiet, fosthom ir-revizzjoni tal-ftehim ta’ Dublin li bih kull pajjiz jibqa responsabbli ghall-immigranti li jaslu f’pajjizu. Il-Kummissarju argumentat li din mhux sitwazzjoni aċċettabli u se taħdem biex ikun hemm żblokk.

Il-Kummissarju Ewropew qalet li l-immigrazzjoni hi sfida li se tibqa’ hemm u fi kliemha huwa possibbli li tiġi mmaniġġjata b’mod normali bħal sfidi oħrajn u tonqos it-tensjoni fid-dibatittu li hemm fuq dan is-suġġett.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

81 persuna ġew immultati llum wara li nqabdu fi gruppi t’aktar minn 3 persuni. B’kollox il-multi ammontaw għal €8,100 f’inqas minn 24 siegħa. Dawn il-miżuri ttieħdu mill-Gvern biex tiġi kkontrollata…

COVID-19

Kwarantina obbligatorja b’effett immedjat fiċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far fejn jgħixu madwar elf resident. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet il-Ħadd filgħaxija. Il-Ministru Fearne qal li…

COVID-19

Wara li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbru li r-residenti taċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far jinsabu fi kwarantina, huma ressqu appell għal min…

COVID-19

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li tliet pazjenti oħra fiequ mill-COVID-19. Dan ifisser li s’issa fiequ 5 persuni. Huwa ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.  

Aktar