Qorti
“Nixtieq inkun strument ta’ ġustizzja li jtejjeb il-fiduċja fil-Qrati” – L-Imħallef Falzon Scerri

Waqt li dalgħodu ħa l-ġurament tal-ħatra, l-Imħallef Christian Falzon Scerri qal li jifhem u japprezza li kariga bħal din iġġorr responsabbiltà enormi, għax mhux biss hija mistennija mġieba eżemplari, iżda għax Imħallef mistenni wkoll li jwettaq ġustizzja.

Żied li se jagħmel ħiltu biex iwettaq il-ġid, u stqarr li l-missjoni ta’ mħallef hija wkoll li jipprovdi serħan il-moħħ lill-individwu li l-kawża se tinqata’ skont il-ħaqq u l-liġi.

Qal li jixtieq ikun strument ta’ ġustizzja, biex mhux biss tiżdied l-effiċjenza, imma titijieb ukoll il-fiduċja tal-pubbliku fil-Qrati u l-ġustizzja.

Ara wkoll:

FILMAT: Erba’ mħallfin ġodda jieħdu l-ġurament tal-ħatra