Stejjer Umani
“Niżlitli demgħa meta għajruh nanu u li għandu rasu kbira”

Filmat ta’ tifel ċkejken ta’ 9 snin inxtered f’ħakka ta’ għajn mad-dinja kollha meta esprima d-dwejjaq li ħakmuh minħabba l-bullying. Fil-filmat miġbud minn ommu, Quaden Bayles jinstema’ jgħid li jrid itemm ħajtu minħabba l-bullying li jgħaddi minnu kuljum minħabba l-kundizzjoni tad-Dwarfism. Dan il-filmat tefa’ taħt il-lenti l-pjaga tal-bullying minħabba d-diżabilità. Television Malta tkellem ma’ żagħżugħ bil-kundizzjoni tad-Dwarfism dwar kif irnexxielu ma jagħtix kas ilsna niggieża fl-iskola.

Il-filmat tal-bikja ta’ dan it-tifel Awstraljan daret mal-erbat irjieħ tad-dinja fosthom f’Malta. Qauden Bayles ta’ 9 snin għandu l-kundizzjoni tad-Dwarfism. Fil-filmat, iċ-ċkejken jinstema’ jgħid lil ommu b’rabja li jrid ineħħi ħajtu b’idejh għax ma jistax jissaporti iżjed it-tgħajjir tat-tfal fl-iskola.

Television Malta tkellem ma’ Alistair Degiorgio li wkoll għandu l-kundizzjoni tad-Dwarfism. Se jibqa’ bi statura żgħira għal għomru. Jistqarr li fl-iskola għadda wkoll mill-kalvarju tat-tifel Awstraljan għax anke lilu kienu jgħajruh nanu u li għandu rasu kbira.

“Ma kontx inħossni sew. Kont inħossni qisni mwarrab mis-soċjetà għax tipo mhux iġibuli rispett.”

Ommu tirrakkonta kif minħabba n-nies, binha ta’ 8 snin għadda minn tbatija.

“Kien għadda minn perjodu fejn ma riedx joħroġ mid-dar għall-ebda raġuni għax kien jgħid li n-nies jinnutawh kif jidħol u joħroġ mill-karozza tiegħi. Jien lanqas kont konxja tagħha.”

Tgħid li kellha taddatta għall-ħtiġijiet tiegħu billi xtrat vettura li biha binha jkun komdu jitla’ fiha.

Alistair Degiorgio stqarr li ħass uġigħ f’qalbu mera ra l-filmat tat-tifel tant li niżlitlu demgħa.

“Vera ddispjaċini għalih. Fil-fatt filgħaxija onestament se ngħidlek tlabt għalih għax mhux xtaqtux li jibqa’ hekk.”

Aaron Zammit Apap mill-għaqda bBrave qal li l-bullying minħabba d-diżabilità hi realtà anki f’Malta. Appella biex il-vittmi ma jibżgħux jitkellmu u jfittxu l-għajnuna.

“Bħalissa bdejna bi sħab mad-Dipartiment tal-Counselling fl-Università ta’ Malta qegħdin noffru lil dawk li għaddejjin mill-bullying sapport ta’ counselling b’xejn.”

Alistair Degiorgio, li għandu 16-il sena, saħaq li hu m’għandu xejn inqas minn ħaddieħor u kapaċi daqs ħaddieħor. Għandu x-xewqa li jsir ġurnalist.

L-assenza fil-fliexken iż-żgħar qiegħda u jien wieħed minnhom.

Il-kundizzjoni tad-Dwarfism taffettwa wild minn kull 10,000.

Min irid l-għajnuna minħabba l-bullying jidħol fuq is-sit www.bbrave.org.mt

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar