Lokali, malta
Niżvelaw l-ewwel 20 kantant/a għall-Malta JESC 2017

Imħabbra l-lista tal-20 kantant u kantanta, li ntgħażlu minn fost 84 sottomissjoni għall-Junior Eurovsion Song Contest 2017.

Minn fosthom se jintgħażlu l-għaxar kantanti finalisti biex eventwalment il-pubbliku jagħżel lill-kantant jew kantanta li se jirrappreżentaw lil Malta fil-Georgia f’Novembru li ġej.

Għall-Junior Eurovision Song Contest ta’ din is-sena kien hemm 84 sottomissjoni. Il-Kap Eżekuttiv tal-PBS, John Bundy qal li l-kantanti ċkejknin kienu tant ta’ livell għoli, li ġie deċiż li minflok jintgħażlu mill-ewwel l-għaxar finalisti, ġie deċiż li jintgħażlu 20.

“Anke l-voti tal-ġurija qarrbu dawn il-kanzunetti u l-kantanti ta’ livell u ddeċidejna li nagħmlu 20 biex imbagħad nagħżlu 10 finalisti minnhom ħalli mbagħad minn dawk l-10 finalisti jikkompetu bejniethom fuq spettaklu televiżiv – fuq show televiżiv – u permezz tal-100% televoting il-pubbliku Malti u Għawdxi jkun jista’ jagħżel il-kantant jew kantanta li jirrappreżenta lil Malta fil-Georgia f’Novembru li ġej.”

Is-Sur Bundy spjega li l-għażla tal-kanzunetta li se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest fil-Georgia hija f’idejn il-Public Broadcasting Services Limited. Għaldaqstant, il-kantanti magħżula se jkantaw kanzunetti ta’ artisti diġà stabbiliti.

“L-20 diska li għażilna huma 20 diska cover versions li t-tfal ikantaw ta’ kantanti oħrajn diġà magħrufin. L-għaxar finalisti se jgħaddu mill-istess sistema jiġifieri se jkantaw kanzunetti cover versions u l-pubbliku bil-100% televoting mhux se jagħżel il-kanzunetta imma se jagħżel il-kantant jew il-kantanta li jridu li jirrappreżentahom fil-Ġeorġja f’Novembru li ġej”, qal is-Sur Bundy.

Il-lista tal-20 kantant u kantanta magħżula hija kif tidher hawn taħt f’ordni alfabetiku:

Numru Kanzunetta Kunjom Isem
1 FLOWER OF THE SOUTH Abela Martina
2 THIS IS A MAN’S WORLD Aquilina Thea
3 AND I AM TELLING YOU Azzopardi Haley
4 CHANDELIER Busuttil Sky
5 PIECE OF MY HEART Camilleri Julie Ann
6 HAREM Carabott Kelsey
7 ONE NIGHT ONLY Cardona Jahel
8 PERDERE L’AMORE Cilia Gianluca
9 THE VOICE WITHIN Copperstone Kira
10 TRUE COLORS Degiorgio Riona
11 SATELLITE Demicoli Rianne
12 MAD WORLD Drakard Aidan Jay
13 IMWARRBIN Farrugia Mardy
14 I’M HERE Fenech Kiana
15 BREATHING UNDERWATER Galea Demi
16 SOMEBODY TO LOVE/WE WILL ROCK YOU MADLEY Grima Shazay
17 I BELIEVE – FANTASIA Meilak Kylie
18 FIFTH ELEMENT Micallef Cledia
19 AND I AM TELLING YOU Rotin Veronica
20 LA VOIX Spiteri Kristy
Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ġuvni ħelisha ħafif wara li l-vann li kien qiegħed isuq dalgħodu baqa’ dieħel ġo ħajt bil-konsegwenza li niżel f’għalqa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00 ta’ dalgħodu fi Triq Ħal Qormi, f’Ħal…

Lokali

Il-Maġistrat Anthony Vella ġie assenjat mill-Prim Imħallef biex imexxi l-inkjesta fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. F’deċiżjoni li tat kmieni dalgħodu, il-Maġistrat Scerri Herrera irrikużat ruħha mill-inkjesta u qalet li l-ġustizzja…

Lokali

Iben Daphne Caruana Galizia, Matthew Caruana Galizia, iddeskriva b’mod grafiku dak li ra wara l-isplużjoni li ħalliet lil ommu mejta lbieraħ. Is-Sur Caruana Galizia kien l-ewwel wieħed fuq ix-xena peress…

Lokali

Ħarsa lejn il-ġurnali ppubblikati llum, it-Tlieta 17 ta’ Ottubru: Il-faċċata ta’ kull ġurnal ippubblikat illum hija ddominata mill-qtil tal-ġurnalista u blogger Daphne Caruana Galizia lbieraħ wara nofsinhar fi splużjoni qawwija…

Aktar