Kunsilli Lokali
Noel Muscat ikkonfermat sindku fis-Swieqi

Noel Muscat kien ikkonfermat sindku fis-Swieqi f’isem il-Partit Nazzjonalista, li żamm l-istess maġġoranza li kellu fl-aħħar leġiżlatura ta’ seba’ siġġijiet minn disgħa.

F’isem il-Partit Nazzjonalista eletti wkoll Maryanne Abela, Rowena Scicluna, Paul Fenech, Anna Pisani, Teresa Valentino, u Edgar Rossignaud.

F’isem il-Partit Laburista ġew eletti Matthew Bonello u Alexander Chetcuti.