Lokali
Nofs il-Maltin għandhom impressjoni tajba dwar l-indipendenza tal-ġudikatura

Malta tejbet il-pożizzjoni tagħha fil-Justice Scoreboard tal-Kummissjoni Ewropea wara li avvanzat tliet postijiet fir-rata li biha jinqatgħu l-kawżi. L-iscoreboard juri li bejn l-2010 u l-2016 Malta naqset bin-nofs id-dewmien tal-kawżi, iżda għadha tikklassifka mal-aħħar erba’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Ħareġ ukoll li kważi nofs il-Maltin għandhom perċezzjoni tajba dwar l-indipendenza tal-ġudikatura.

Is-sistema tal-ġustizzja f’Malta kklassifikat fl-ewwel post fl-Unjoni Ewropea fir-rata li biha jiġu deċiżi l-kawżi ċivili, kummerċjali u amministrattivi mqabbla ma’ kemm jinfetħu.

Dan joħroġ mill-Justice Scoreboard tal-Unjoni Ewropea bbażat fuq ir-riżultati miksuba fl-2016, li jagħti ħarsa komparattiva lejn l-indipendenza, il-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri tal-UE.

Fil-klassifika, is-sistema tal-ġustizzja Maltija avvvanzat tliet postijiet meta mqabbel mal-aħħar valutazzjoni sena ilu. Malta rreġistrat titjib dwar kemm il-kawżi jdumu fil-Qorti u f’temp ta’ sitt snin naqset id-dewmien bin-nofs. B’dan it-titjib Malta tinsab qabel il-Portugall, Ċipru u l-Greċja. Il-Ministru tal-Gustizzja Owen Bonnici qal fi stqarrija qal li r-riformi fil-Qorti jridu jissukataw biex il-kawżi jinstemgħu b’mod iktar effettiv u fl-iqsar żmien.

Il-perċezzjoni tal-Maltin dwar l-indipendenza tal-Qrati u l-ġudikanti hija f’livell ftit aħjar mill-medja Ewropea . F’Malta 48% tal-Maltin intervistati jqisu s-sistema tal-ġustizzja tajba paragun ma’ 47 tal-medja Ewropea. Mill-istħarriġ iżda jidher li l-percezzjoni f’Malta marret għall-agħar mis-sena ta’ qabel waqt li tjiebet fil-medja Ewropea. Joħroġ ukoll li l-Maltin huma l-inqas fl-Unjoni Ewropea li jfittxu rimedju fil-Qrati tant li 2% biss tal-Maltin lesti jmorru l-Qorti kuntrarju għal 38% tad-Daniżi.

Il-Gvern qal li fejn tidħol l-indipendenza tal-ġudikatura jinsab impenjat li jkompli jagħmel iktar biex tissaħħaħ il-perċezzjoni ta’ awtonomija tal-Imħallfin u l-Maġistrati waqt li nnota b’sodisfazzjon li wara r-riforma fil-mod kif jinħatru l-ġudikanti, Malta issa ngħaqdet ma’ pajjiżi bħal Franza u l-Irlanda fejn il-ġudikanti jinħatru wara parir ta’ bord indipendenti u awtonomu. Il-Gvern qal li b’mod ġenerali l-iscoreboard juri li Malta tejbet is-servizzi tagħha b’mezzi teknoloġiċi fost dwar l-andament tal-kawżi.

It-titjib fl-effiċjenza, il-kwalità u l-indipendenza tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali hi prijorità tas-Semestru Ewropew tant li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet rakkomandazzjonijiet lil ħames pajjiżi – il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Portugall u s-Slovakkja.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Armata nediet skema ġdida ta’ part-timers għall-membri li jirtiraw mill-forza regolari. Fi stqarrija, l-Forzi Armati qalu li din l-iskema se tinfetaħ għall-membri li waslu għall-proċess ta’ irtirar u anke għal eks membri li m’ilhomx iktar minn tliet snin…

Qorti

Raġel Għawdxi ħareġ illiberat mill-akkużi li kien qed jonsob bi xbieki illegali waqt li l-istaġun tal-insib kien magħluq. Matthew Buttigieg ta’ 27 sena min-Nadur ma nstabx ħati mill-Qorti t’Għawdex li…

Lokali

Il-UĦM Voice of the Workers espremiet it-tħassib tagħha dwar il-kundizzjonijiet tad-dentisti fis-servizz pubbliku li bħalissa qed isegwu direttivi industrijali. Il-kap Eżekuttiv tal-UĦM, Josef Vella qal f’konferenza tal-aħbarijiet li l-UHM ilha…

Turiżmu

Stħarriġ tal-MHRA wera li aktar min-nofs it-turisti jiġu Malta għax-xemx u l-baħar. Matul is-sajf li għadda ġew Malta mad-900,000 turist. Dan ifisser żieda ta’ 13.3% meta mqabbel mas-sajf tas-sena l-oħra….

Aktar