Kurżitajiet
Nofs il-pajjiżi tad-dinja m’għandhomx biżżejjed tfal

L-immigrazzjoni qed titqies bħala l-uniku soluzzjoni għal ħafna pajjiżi żviluppati li qed jiffaċċjaw problema b’nuqqas ta’ fertilità.

Studju ppubblikat fil-ġurnal The Lancet juri li madwar nofs il-pajjiżi tad-dinja m’għandhomx biżżejjed tfal biex imantnu l-popolazzjoni, u qed jiġu f’sitwazzjoni fejn hemm ħafna iktar nanniet milli neputijiet.

L-istudju analizza l-fertilità fid-dinja bejn l-1950 u l-2017, li bħala medja niżlet minn 4.7 tfal għal 2.4 tfal għal kull mara. Dan iżda ma jirriflettix il-qabżiet kbar li hemm bejn pajjiżi sotto żviluppati u pajjiżi b’ekonomija żviluppata.

Filwaqt li fin-Niġer il-fertilità għandha medja ta’ 7.1 tfal għal kull mara, din ir-rata f’Ċipru hija biss ta’ wild wieħed għal kull mara.

Fil-fatt ħafna mill-pajjiżi fl-Ewropa, kif ukoll l-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Korea t’Isfel, għandhom fertilità baxxa, hekk kif diversi fatturi qed iġiegħlu lin-nisa jagħżlu li jkollhom inqas tfal.

L-immigrazzjoni qed titqies bħala l-iktar soluzzjoni vijabbli li tħalli effett immedjat, anki jekk din tista’ ġġib magħha sfidi oħra. Inċentivi mill-gvernijiet biex in-nisa jkollhom iktar tfal mhumiex ippruvati li jaħdmu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-attriċi Charlize Theron ma qagħditx tomgħod il-kliem, u ma ddejqitx iċċanfar lill-preżentatur ta’ programm fuq stazzjon Franċiż waqt xandira diretta. Flimkien mal-attur Seth Rogen, Theron kienet mistiedna fil-programm Touche pas…

Barranin

Iċ-Ċiklun Kenneth laqat b’saħħa t-tramuntana tal-Mozambique, pajjiż li għadu qed jirkupra minn maltempata kbira x-xahar li għadda. Iċ-ċiklun ġab miegħu riefnu ta’ 220 kilometru fis-siegħa u qatel minn tal-inqas tliet…

Barranin

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un akkuża lill-Istati Uniti li ppruvat tqarraq b’pajjiżu waqt summit li kellu iżjed kmieni din is-sena mal-President Donald Trump. L-Aġenzija Koreana tal-Aħbarjiet irrappurtat lil…

Barranin

Raġel f’Ċipru ammetta li qatel seba’ nisa u bniet għal dak li qed ikun desrkitt bħala l-ewwel qtil tax-xorta tiegħu fil-gżira. Aktar kmieni dan ix-xahar, żewġ iġsma nstabu mejta f’xaft…

Aktar