Għawdex
Nofs ir-raħal ta’ San Lawrenz se jieħu sehem fil-pageant tal-Milied tar-raħal

Tnediet il-50 edizzjoni tal-pageant tal-Milied f’San Lawrenz – O Lejl ta’ Skiet.

‘O Lejl ta’ Skiet’ jirrakkonta l-istorja tas-salvazzjoni, mill-ħolqien sat-twelid ta’ Ġesu Kristu. F’dan il-pageant tieħu sehem kważi nofs il-populazzjoni tar-raħal ta’ San Lawrenz u jiġi esegwit kemm fit-toroq prinċipali kif ukoll fid-djar tar-residenti tal-lokalità.

Il-pageant din is-sena qed timmarka l-50 anniversarju tagħha, iżda din is-sena se jkun hemm sorpriża għax se ssir wirja teknoloġika li permezz tagħha t-tradizzjoni tingħaqad mal-modern.

 Waqt it-tnedija ta’ din l-attività, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li permezz tal-programm ‘Il-Milied f’Għawdex’, il-Ministeru qed jirnexxilu jiġbor taħt kappa waħda l-attivitajiet kollha organizzati f’dawn iż-żminijiet ta’ festi. Caruana rrimarkat li dan il-programm qed ikattar u jsaħħaħ l-aspett tradizzjonali tal-Milied f’Għawdex u din il-pageant tal-Milied hi xhieda ta’ hekk.

Il-pageant se tittgħella nhar il-Ħadd 23 ta’ Diċembru fis-6 ta’ filgħaxija.

Dawn l-attivitajiet huma parti mill-programm ‘Milied f’Għawdex’ imtella’ mill-Ministeru għal Għawdex. Iktar informazzjoni tinkiseb mis-sit visitgozo.com jew il-paġna ta’ Facebook Christmas in Gozo.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

X Factor Malta qed isejjaħ għall-kontribut ta’ kompożituri u awturi li jixtiequ li l-kanzunetti tagħhom jiġu interpretati mill-kontestanti tal-programm. Il-kanzunetti li jiġu magħżula jiġu interpretati waqt il-‘live shows’ fil-fażi finali…

Forzi Armati

Jumejn oħra l-Forzi Armati jimmuntaw l-akbar parata annwali. L-okkażjoni hi l-festa nazzjonali ta’ Jum ir-Repubblika. Il-parata ta’ din is-sena se tinkludi wkoll l-hekk imsejħa Trooping The Colour . . ….

Kronaka

Anzjana sofriet xi ġrieħi wara li allegatament ġiet aggredita minn raġel fil-Ħamrun. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15 ta’ waranofsinhar viċin il-knisja ta’ San Ġorġ Preca. Fuq il-post marru l-Pulizija u tim…

Qorti

Żewġ Somali tressqu l-Qorti akkużati b’pussess aggravat tad-droga kannabis, bi traffikar, u li huma riċedivi. Huma gew arrestati l-Ħadd li għadda mill-pulizija li kienu qed jagħmlu r-ronda fil-Ħamrun. Iż-żewġ irġiel…

Aktar