Barranin
Nofs miljun persuna infettati bil-coronavirus madwar id-dinja

L-infettati bil-coronavirus madwar id-dinja qabżu n-nofs miljun u l-mejta qabżu t-23,000. Aktar minn 120,000 fiequ minn dan il-virus.

Fl-Italja li hu l-aktar pajjiż milqut mill-COVID-19 illum mietu 662 persuna, filwaqt li ġew ikkonfermati 6,153 każ ġdid.

Fi Spanja, tkompli r-rata għolja ta’ mwiet b’498 vittma oħra, għalkemm inqas mis-738 persuna li mietu fil-ġurnata ta’ qabel. B’hekk issa l-imwiet fi Spanja telgħu għal 4,089. Ir-Re Felipe ta’ Spanja żar ċ-ċentru tal-konferenzi barra Madrid li nbidel fi sptar. Dan l-isptar fih iżjed minn 5,500 sodda u taqsima tal-kura intensiva.

Fil-Ġermanja ġew rappurtati 23 mewt oħra bit-total tal-każijiet issa tela’ għal iżjed minn 3,200.

Fiċ-Ċina, kienu rappurtati 67 każ ġdid tal-coronavirus b’6 imwiet ġodda.

Il-Miżuri tal-coronavirus ħolqu iżjed tgerfix f’raħal fil-fruntiera bejn l-Olanda u l-Belġju fejn naħa ta’ triq taqa’ taħt l-Olanda u naħa oħra mal-Belġju. Minħabba li l-Belġju ħabbar regoli iżjed stretti ta’ lockdown, waqt li l-Olandiżi qed jitħallew jixtru u jkomplu b’ħajjithom, dan ħoloq tfixkil f’dan ir-raħal. Belġjan qal li ma jistax jaqsam it-triq u jixtri mill-ħwienet minħabba li hu Belġjan.

Aħbarijiet Oħra

Mara ta’ 36 sena li kienet se twelled tarbija b’ċesarja rriżultat pożittiva għall-Coronavirus. Dan qalitu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci f’konferenza tal-aħbarijiet, li fiha żvelat li llum hemm 7…

COVID-19

Tħabbru 7 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta bin-numru totali ta’ infettati issa tela’ għal 202. Waqt konferenza tal-aħbarijiet is-Supertendent għas-Saħħa Charmaine Gauci qalet li fl-aħħar 24 siegħa saru 749 swab…

Bħala parti mill-istrateġija biex pajjiżna ikun ippreparat għall-każijiet severi tal-Coronavirus, f’Mater Dei waslu iktar ventilators li se jintużaw fl-eventwalità li l-pazjenti jippreżentaw sintomi severi tal-virus. Fi żjara f’ Mater Dei,…

COVID-19

Is-Superintendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, se tkun qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet fin-12:30. Il-Professur Gauci se tkun qed titkellem dwar l-aħħar aġġornamenti relatati mal-imxija tal-Coronavirus f’Malta.

Aktar