Lokali
Nominati l-finalisti tal-Premju għall-Arti

Il-Kunsill Malti għall-Arti ħabbar il-lista tal-persuni nominati għall-ewwel edizzjoni tal-Premju għall-Arti, il-premijiet nazzjonali tal-arti li jiċċelebraw il-kisbiet fis-setturi kulturali u kreattivi.

Il-Premju jirrikonoxxi l-eċċellenza fix-xogħol artistiku li ġie mniedi matul is-sena ta’ qabel u huwa uniku fl-attenzjoni tiegħu fuq il-kultura u l-arti.

“Dawn il-premji jiċċelebraw l-aqwa ħidma artistika fil-pajjiż fi żmien meta l-kultura qatt ma kienet daqshekk vibranti,” qal il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici waqt is-Serata tal-Finalisti, li saret fil-Grand Ballroom tal-Phoenicia lbieraħ filgħaxija.

Il-persuni nominati – mifruxa fuq tmien kategoriji ­– intgħażlu minn ġurija ta’ esperti settorjali u rappreżentanti tal-Kunsill Malti għall-Arti minn fost in-nominazzjonijiet ippreżentati permezz ta’ sejħa miftuħa. Ir-rebbieħa ta’ dawn il-kategoriji kif ukoll tliet premjijiet oħra – Unur għall-Karriera Artistika, l-Ambaxxatur għall-Arti u l-Għażla tal-Pubbliku – se jitħabbru fis-Serata tal-Premijiet, li se jsir fit-23 ta’ Marzu fil-Teatru Manoel.

Ir-rebbieħa se jirċievu premju prestiġġjuż, skultura tal-ħġieġ u ċ-ċeramika, mill-artist Malti Kane Cali.

Lista sħiħa ta’ Nominazzjonijiet

L-aqwa proġett fil-komunità

Aħdar id-Deżert
Opening Doors Association

Equality in Music
Radio Valo Team, Down Syndrome Association

Setting up our social enterprise
Nicholas Agius

Darba Waħda
Anna Formosa

B’Tal-linja Jaqbillek Żgur
Sean Buhagiar

L-Aqwa Kisbiet Internazzjonali

From Home with Love
ŻfinMalta Dance Ensemble

Vengeance
Gordon Calleja

Il-performance internazzjonali ta’ Charlene Farrugia
Charlene Farrugia

Malta. Land of Sea
Heritage Malta

Sinfonija Numru 3 ‘Eroica’ ta’ Ludwig van Beethoven
L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta

L-Aqwa Xogħol għal Tfal u Żgħażagħ

Pietru u l-Lupu
L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta

Fanfare Family Concert
L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta

Ineż Kienet Perf(etta)
Studio 18

Shakespeare in Pieces
Teatru Manoel

Shakeshorts presents A Midsummer’s Night Dream
Chris Dingli

L-Aqwa Programm jew Staġun Artistiku

ŻiguŻajg Festival Internazzjonali tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ 2016
Fondazzjoni Kreattività

Valletta Film Festival 2017
Film Grain Foundation

Malta Jazz Festival 2017
Festivals Malta

L-Istaġun 2016-2017 tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta
L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta

L- Istaġun 2016-2017 tal-Programm Edukattiv Toi Toi
Teatru Manoel

L-Aqwa Intrapriża Kreattiva

Fablab Valletta

Anvil Game Studios

MARIE GALLERY 5

L-Artist Żagħżugħ/a tas-Sena

Luke Zammit
Stefan Calleja
Isaac Lucas
Laura Buhagiar
Matthew Schembri

L-Artist/a tas-Sena

Luke Zammit
Mikhail Basmadjian
Moveo Dance Company (Dorian Mallia, Diane Portelli)
Jonathan Dunn

L-Aqwa Produzzjoni

Magic Mouse
Luke Zammit

Diaspora
Contact Dance Company

Venus in Fur
Masquerade Theatre Company

The Prime of Miss Jean Brodie
MADC

Sinfonija Numru 9 ta’ Ludwig van Beethoven – Kunċert għal Jum l-Ewropa
L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ir-raġel li fil-jiem li għaddew sar ‘famuż’ għall-movimenti li kien jagħmel f’nofs it-traffiku tal-Marsa jidher li twaqqaf mill-Pulizija kif jindika r-ritratt li hawn jidher ma’ dan l-artiklu. Jidher li xi…

Lokali

Omm ta’ tarbija ta’ 8 xhur bl-isem ta’ Thomas, li twieled bi ħsara fil-moħħ, qed tagħmel minn kollox biex tikkura lil binha b’terapiji barra minn Malta. L-omm Denise qasmet magħna…

Lokali

It-turbulanza li l-Airmalta kellha fl-aħħar jiem minħabba konfront mal-piloti jidher li issa kkalmaw bil-ftehim milħuq tard ilbieraħ filgħaxija li madankollu għad irid jiġi approvat mil-bdoti permezz ta’ votazzjoni oħra. Madankollu,…

Lokali

It-tliet membri tal-Kunsill tal-MUT li rreżenjaw jumejn ilu taw spjegazzjoni dettaljata tal-verżjoni tagħhom tal-fatti li ġraw meta kienu għaddejjin in-negozjati dwar il-ftehim settorali tal-għalliema. F’ittra lill-media, Rita Catania, David Rossi…

Aktar