Kultura
Notte Bianca b’50 avveniment differenti madwar il-Belt Valletta

Aktar minn 200 artist Maltin u barranin ser itellgħu sensiela ta’ rappreżentazzjonijiet artistici f’50 avveniment differenti madwar il-Belt Valletta fin-Notte Bianca li ser issir fil-5 ta’ Ottubru. Id-direttur artistiku Antoine Farrugia qal li din is-sena Notte Bianca għandha branding ġdid li hija bbażata fuq passjoni għall-arti u anke ser toffri opportunità lill-pubbliku jippjana dak li jixtieq isegwi minn qabel ħalli ma jitlifx ħin. Spjega ukoll lir-rappreżentazzjonijiet ser imissu anke temi attwali b’varjetà kbira ta’ ġeneri artistiċi.

Antoine Farrugia, Direttur Artistiku qal “żifna minn żfinmalta li tirrifletti l-human trafficking, ċirku minn Spanja li ser ikun armat ġol-Forti Sant Iermu fejn ser naraw il-mix bejn l-istorja u l-arti kontemporanja, għandha ħafna street performers anke magħrufa fl-Ewropa fejn ser ikun qed jagħmel żewġ shows li mhux ta’ min jitlef u Pjazza San Ġorġ ser issir illejla fejn ser isiru il-kunċerti ta’ mużika pop, folk, rock u blues u ser ngħalqu b’J Joy u mistiedna minn barra Christina li ser tagħlaq l-attività fil-Pjazza ta’ San Ġorġ.

Din id-darba anke fil-Qorti ser tittella’ rappreżentazzjoni għall-pubbliku msejħa t-tfajla li stunat. Il-Ministru Owen Bonnici qal lix-xogħol biex tittella’ Notte Bianca ilu għaddej ix-xhur.

“Ikun hemm kollaborazzjoni mal-entiatjiet kollha fil-Belt Valletta, dan huwa xogħol kbir li jsir sabiex il-Belt  fin-Notte Bianca nagħtuha libsa differenti li toħroġ is-sbuħija ta’ diversi postijiet, biżżejjed insemmi li ser ikollna aktar minn ħamsin avveniment fl-istes ħin, aktar minn 200 artist b’uħud barranin li ser jagħtu spettakklu lill-poplu Malti u Għawdxi”,

Is-Sindku tal-Belt Alfred Zammit qal li r-residenti tal-Belt mhumiex kontra l-attivitajiet kulturali iżda jridu li jkunu jafu ser jiġri. Appella biex kemm jista’ jkun jintuża t-trasport pubbliku u anke t-traġit bil-baħar mill-Kottenera u Tas-Sliema.

Notte Bianca ser tittella’ bil-kollaborazzjoni ta’ Festivals Malta, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, il-Ministeru tal-Kultura u l-Kunsill Lokali.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li l-Budget ippreżentat ilbieraħ u r-reazzjoni ġenerali għalih huma turija li l-Gvern hu konxju tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tan-nies. F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-Budget, il-Ministru Scicluna…

Saħħa

Kull sena f’Malta jfeġġu madwar 20 każ ta’ kanċer fit-testikoli. Hu stmat li kull sena jmutu żewġt irġiel b’dan il-kanċer. Stħarriġ li sar ix-xahar li għadda wera li tnejn minn…

Kronaka

Lejlet it-tieni anniversarju mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tnieda rapport imħejji minn Reporters Without Borders u The Shift News dwar ċ-ċirkostanzi li fihom seħħ il-qtil, l-investigazzjoni li saret dwaru, ir-reazzjoni…

Immigrazzjoni

Il-Forzi Armati kienu Involuti f’salvataġġ ieħor ta’ immigranti fl-ibħra fir-responsabbiltà ta’ Malta. 76 immigrant illejla ddaħħlu b’patrol boat fil-kwartieri tal-Iskwadra Marittima f’Xatt it-Tiben. Fost l-immigranti kien hemm 15-il mara, b’uħud…

Aktar