Barranin
Nuqqas ta’ qbil fl-Unjoni Ewropea għall-pakkett ta’ għajnuna lill-pajjiżi l-iktar milquta

Sittax-il siegħa ta’ taħditiet bejn il-mexxejja Ewropej ma kinux biżżejjed biex jintlaħaq ftehim dwar pakkett ta’ għajnuna għall-pajjiżi tan-naħa ta’ isfel tal-Ewropa l-iktar milquta mill-Coronavirus.

Il-Bank Ċentrali Ewropew qed jistma li l-pajjiżi Ewropej għandhom bżonn triljun u nofs ewro biex jegħlbu din il-kriżi. Il-Ministri tal-Finanzi Ewropej kienu qrib li jilħqu ftehim iżda sfaxxa kollox wara li nqala’ battibek bejn l-Italja u l-Olanda dwar kif għandu jitħaddem il-fond tal-għajnuna.

Il-pandemija tal-Coronavirus kixfet il-qasmiet fondi fl-Ewropa, bl-Italja u Spanja jakkużaw lill-Ġermanja u lill-Olanda li mhux jagħmlu biżżejjed f’din il-gwerra inviżibbli. It-taħditiet jissuktaw għada.

Intant, il-Kummissjoni Ewropea talbet biex l-istati membri jestendu r-restrizzjonijiet għal ivvjaġġar mhux essenzjali lejn l-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Mejju. Il-Kummissjoni qalet li l-miżuri biex titrażżan l-imxija tal-Coronavirus jridu iktar minn 30 ġurnata biex ikunu effettivi.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Barranin

Il-missjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-Libja, ħabbret ftehim għall-waqfien mill-ġlied bejn iż-żewġ fazzjonijiet rivali fil-Libja. Qalet li l-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali rikonoxxut minnha u bbażat fi Tripli u l-Armata Nazzjonali Libjana bbażata…

Barranin

Bħal-lum 74 sena ilu l-Italja saret Repubblika wara referendum li kien staqsa lill-elettorat Taljan jekk wara t-Tieni Gwerra Dinjija l-pajjiż għandux isir Repubblika. Dan il-jum nazzjonali din is-sena qed jitqies…

Aktar