Barranin
Obama b’diskors emozzjonali qabel iħalli t-tmun

Il-President Amerikan Barak Obama ħeġġeġ lill-Amerikani biex jiddefendu d-demokrazija f’diskors li għamel qabel iħalli l-kariga f’Chicago.

Obama li ilu 8 snin fit-tmum tal-Istati Uniti qal li bil-miżuri li ħa llum l-Amerikani qed jgħixu aħjar u l-Amerika hija aktar b’saħħitha.

Iżda sostna lid-demokrazija tkun mhedda meta l-pajjiż ma jieħux ħsiebha. Huwa sejjaħ lill-Amerikani biex jifhmu aktar lil xulxin billi jisimgħu u jkunu attenti aktar.

Huwa talab lill-Amerikani minn kull sfond biex iħarsu lejn l-affarijiet mill-perspettiva ta’ xulxin u sostna “li rridu nagħtu attenzjoni u nisimgħu”.

L-ewwel president iswed tal-pajjiż li llum għandu 55 sena, kien elett għall-ewwel darba fl-2008 b’messaġġ ta’ tama u bidla.

Is-suċċessur tiegħu Donald Trump wiegħed li jibdel xi wirt politiku li Obama se jkun qed iħalli warajh fosthom Obamacare. Huwa se jkun qed jieħu l-ġurament tal-ħatra f’20 ta’ Jannar li ġej.

Quddiem il-partitarji tiegħu, Obama waqqaf l-għajta ta’ “erba’ snin oħra”. “Ma nistax nagħmilha,” qal bi tbissima. Skont il-kostituzzjoni, il-President tal-Amerika huwa limitat għal żewġ leġislaturi.

“Le, le, le, le, le,” huwa qal meta l-folla quddiem bdiet tibbuwja lis-Sur Trump bħala s-suċċessur tiegħu. Is-Sur Obama qal li t-trasferiment tal-poter bejn il-presidenti hija “timbru” pożittiv tad-demokrazija Amerikana.

Madankollu huwa elenka tliet theddidiet għad-demokrazija Amerikana, l-inugwaljanza ekonomika, id-diviżjoni razzjali u fehmiet li mhumiex imsejsa fuq il-fatti.

Fl-aħħar rimarki tiegħu huwa talab lill-poplu Amerikan biex jibqa’ jemmen. “Mhux fl-abbiltà tiegħi li nġib il-bidla, iżda f’tagħkom”.

Lura f’Chicago, il-post fejn kien iddikjara l-ewwel rebħa fl-2008, Obama wassal messaġġ ħafna drabi pożittiv lill-Amerikani wara kampanja elettorali diviżiva li rat lis-Sur Trump jegħleb lil Hillary Clinton.

Is-Sur Obama qal li ż-żgħażagħ Amerikani, inkluż lil dawk li ħadmu fil-kampanja tiegħu, u li jemmnu f’soċjetà ġusta u inklussiva, li se jkun qed iħalli l-presidenza bi ħsus aktar ottimisti dwar il-pajjiż mindu ħa t-tmexxija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Pulizija Brażiljana arrestat madwar 108 persuna li huma suspettati b’involviment fil-pedofelija. F’operazzjoni madwar il-pajjiż, il-pulizija Brażiljana rnexxielha tkisser ċirku ta’ pedofelija li kien mifrux f’diversi stati. F’din l-operazzjoni kienu involuti…

Barranin

Il-kabinett Spanjol mistenni japprova miżuri li jippermettu lill-Gvern sabiex imexxi hu r-reġjun ta’ Katalunja. Il-Prim Ministru Mariano Rajoy se jlaqqa’ l-kabinett tliet ġimgħat wara li fir-reġjun sar referendum għall-indipendenza. Il-Gvern…

Barranin

Fl-2015, disa’ miljun persuna madwar id-dinja mietu kawża ta’ tniġġiż fl-arja. Dan ġie żvelat mill-ġurnal internazzjonali The Lancet, li jgħid li l-maġġoranza tal-imwiet seħħew l-iktar f’pajjiżi fqar jew f’pajjiżi fejn…

Barranin

Ġurnata qabel jagħlaq l-ultimatum biex ir-reġjun Katalan fi Spanja jiċċara l-pożizzjoni tiegħu dwar l-indipendenza, id-Deputat Prim Ministru Spanjola Soraya Saenz de Santamaria tat twissija lill-Mexxej tal-Katalunja Carles Puigdemont biex iwaqqaf…

Aktar