Barranin
Obama jgħid li dawk li jallegaw li kien hemm frodi fl-elezzjoni qed jattakkaw id-demokrazija

L-ex President tal-Istati Uniti Barack Obama qal li r-Repubblikani li qed jappoġġjaw lil Donald Trump, li qed jallega frodi fl-elezzjoni Presidenzjali, qed ikunu kompliċi biex tiġi attakkata d-demokrazija tal-pajjiż.

Obama qal li huwa ċar u ppruvat li Joe Biden rebaħ l-elezzjni Presidenzjali u li dawn l-allegazzjonijiet ġejjin għax Trump ma jridx jammetti li tilef.