Barranin
Obama jgħid li n-nisa jmexxu aħjar mill-irġiel

L-eks President Amerikan, Barack Obama, esprima l-opinjoni li n-nisa huma aħjar mill-irġiel biex imexxu.

Waqt li kien qed jitkellem f’diskussjoni f’Singapore dwar it-tmexxija, Obama qal li n-nisa mhumiex perfetti, imma huma “bla dubju” aħjar mill-irġiel.

Obama kompla jgħid li meta kien President, kien ikkontempla fuq kif tista’ tkun dinja mmexxija min-nisa. Qal li jinsab kunfidenti li jekk kull pajjiż jitmexxa min-nisa għal sentejn, ikun hemm titjib f’kull qasam.

Mistoqsi jekk hux lest jerġa’ jidħol f’pożizzjoni ta’ tmexxija fil-politika, Obama wieġeb li mexxej irid iwarrab meta jasal il-waqt, u esprima l-fehma li ħafna mill-problemi fid-dinja ġejjin minn anzjani, l-iktar irġiel, li jiggranfaw mal-poter.