Lokali
Occupy Justice u Awturi jgħidu li huma ddispjaċuti jaraw l-alleanza bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni

Occupy Justice u Awturi qalu li jinsabu tassew iddispjaċuti jaraw l-alleanza politika bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni tikkonsolida ruħha biex tinħeba l-verità u titbiegħed il-ġustizzja.

Fi stqarrija, qalu li hu dmir tas-soċjetà li b’sinċerità tesprimi sogħba u rabja meta tara lill-Oppożizzjoni tabdika għalkollox mir-responsabbiltà tagħha u tieqaf tgħasses l-imġiba tal-Gvern. Qalu li minflok, ilbieraħ intemmet it-trasformazzjoni tal-Oppożizzjoni f’aġent tar-reġim.

Occupy Justice u Awturi qalu li l-Kap tal-Oppożizzjoni lbieraħ mingħajr anqas biss ra r-rapport t’inkjesta li suppost ibbaża d-deċiżjoni fuqu, ikkundanna lil Simon Busuttil u qal li oħrajn bħalu fosthom David Casa se jasal għalihom “fil-mument opportun”.

Argumentaw li pajjiżna dieħel fi żmien mudlam fejn il-poter kollu hu maħtuf u miżmum mill-ftit.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Birdlife Malta dwar l-amministrazzjoni tas-Salini tal-Melħ fis-Salina. Bi ftehim mal-Gvern, il-Birdlife ser tmexxi dan is-sit li huwa l-ikbar riżerva naturali f’Malta. Is-Salini tal-Melħ fis-Salina,…

Agrikultura

Il-ġbejniet tradizzjonali Maltin mistennija jkunu aktar abbundanti b’tibdil fil-liġi li ser tippermetti raħħala żgħar kważi jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom. Madankollu dal-pass xejn mhu jogħġob lir-raħħala u produtturi l-kbar li kienu obbligati…

NGOs

Qabel kiseb suċċess fil-karriera mużikali bħala tenur, Cliff Zammit Stevens għadda minn esperjenzi qarsa, b’ommu ssofri quddiemu vjolenza fiżika kontinwa fir-relazzjonijiet tagħha. Disa’ xhur wara mewtha, Cliff irrakkonta l-ġrajjiet koroh…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel tagħrif jirriżulta li seħħet ħabta…

Aktar