Barranin
L-Ocean Viking isalva 274 immigrant ‘il barra mill-kosta tal-Libja

Il-vapur ta’ salvataġġ Ocean Viking salva 274 immigrant ‘il barra mill-kosta tal-Libja. L-irġiel, in-nisa u tfal salvati waqt tliet operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran nhar it-Tlieta u lbieraħ. Fost l-immigranti hemm 22 mara u 64 persuna taħt it-tmintax-il sena, li ħafna minnhom mhumiex akkumpanjati minn adulti.

”Many of the women collapsed onto their knees, they were unable to walk unassisted unable to move, uncontrollably crying, evidently having been through a huge amount. Whether or not it was relief, whether or not it was pure exhaustion, some people were hypothermic.”

L-għadd ta’ persuni li qed jaħarbu mil-Libja żdied sew fl-aħħar xhur. F’Settembru tas-sena li għaddiet, il-ministri tal-intern minn ħames pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qablu fuq skema ta’ distribuzzjoni tal-immigranti li jiġu salvati sabiex inaqqsu l-pressjoni minn fuq pajjiżi li bħal Malta jinsabu fin-nofsinhar tal-Ewropa.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa fi Spanja naqqsu n-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom bil-Covid 19 tant li mietu 683 persuna. Dan imqabbel mal-bieraħ meta mietu 757 persuna. Fi Spanja mietu b’kollox…

Barranin

Raġel li kien qed jaħrab mill-pulizija għamel ħerba fi triq li ma tinfidx f’Renteria, fi Spanja. Kif jixhed il-filmat, ir raġel li kien nofsu għarwien, minkejja li sab ruħu dar…

Barranin

Il-Prim Ministru Taljan qal li l-Unjoni Ewropea qed tirriskja li tfalli bħala proġett fil-kriżi tal-Coronavirus. Giuseppe Conte qal li l-Unjoni Ewropea għandha taġixxi b’mod adegwat u kordinat biex tgħin pajjiżi…

Barranin

Sittax-il siegħa ta’ taħditiet bejn il-mexxejja Ewropej ma kinux biżżejjed biex jintlaħaq ftehim dwar pakkett ta’ għajnuna għall-pajjiżi tan-naħa ta’ isfel tal-Ewropa l-iktar milquta mill-Coronavirus. Il-Bank Ċentrali Ewropew qed jistma…

Aktar