Qorti
Offra lil martu għas-sess biex jagħmel tajjeb għal xirja ta’ €6

Raġel li mar jixri minn ħanut tal-merċa f’Santa Venera offra lil sid il-ħanut biex ikollu x’jaqsam ma’ martu, għax qal li ma kellux biżżejjed flus biex iħallas xirja ta’ €6.

Il-każ instema’ quddiem il-Qorti, hekk kif Themistocles Attard ta’ 46 sena kien akkużat li wettaq hold-up minn dan il-ħanut.

Fil-Qorti ntqal kif fit-8 ta’ Diċembru li għadda Attard mar jixtri mill-ħanut tal-merċa flimkien ma’ mara li qal li kienet martu. Il-kont kien ta’ madwar €6, iżda Attard qal li ma kellux biżżejjed flus. Għalhekk offra lil martu għas-sess bħala ħlas.

Sid il-ħanut irrifjuta, u ftit wara Attard reġa’ tfaċċa fil-ħanut ma’ mara oħra, li qal kienet isbaħ minn ta’ qabilha. Għal darb oħra reġa’ offra din il-mara għas-sess bħala ħlas għal flixkun whisky, bis-sid tal-ħanut jerġa’ jirrifjuta.

Mat-tielet darba Attard jidher li bidel it-tattika, u minflok b’offerta ta’ sess hedded lil sid il-ħanut b’dik li kienet tidher qisha arma tan-nar. Huwa rnexxielu jieħu l-cash register li fiha kien hemm €500, u jaħrab minn fuq il-post.

Attard qed iwieġeb mhux ħati, bl-avukat tiegħu jgħid li Attard kien jgħix f’ċirkostanzi iebsa, għaliex martu li kienet ilha snin marida u hu l-vizzju tad-droga.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Inqas minn tliet xhur wara li ġie fi tmiemu s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ, eluf ta’ żgħażagħ qed jinġabru fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-Papa Franġisku jasal il-Panama għada bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħqu…

Ikel

Fl-isfond tal-kontroversja li bdiet wara s-servizz tal-aħbarijiet ta’ TVM mal-Imam Mohammad Elsadi, dwar il-qtil tal-annimali bir-ritwal Musulman, komplejna nsegwu l-kwistjoni. Mhux eskluż li l-qtil tal-annimal bis-sistema tal-halal, għalkemm mhux isir…

Trasport

Is-sidien tal-pompi tal-petrol bdew b’azzjonijiet industrijali minħabba nuqqas ta’ ftehim mal-Gvern dwar it-talba għal żidiet fil-qligħ tagħhom. L-azzjoni ewlenija hi li l-pompi mhux se joffru s-servizz mill-magni awtomatiċi wara s-sitta…

Familja

Matul is-sena li għaddiet kien hemm xejn inqas minn 1,303 koppji li żżewġu fuq cruise liner li jtajjar il-bandiera Maltija. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsija tad-Deputat…

Aktar