Oħloq Tbissima tagħlaq b’iktar minn €200,000

Dan il-lejl ġiet fi tmiemha l-maratona Oħloq Tbissima wara 60 siegħa ta’ xandir dirett b’risq is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).

Matul l-erbatax-il edizzjoni ta’ din il-maratona kien hemm diskussjonijiet, kant, żfin u logħob, kif ukoll ħinijiet għat-talb u sessjonijiet ta’ informazzjoni dwar ix-xogħol li qed isir mill-MSSP u l-bżonnijiet attwali.

Sa nofsillejl l-ammont miġbur kien ta’ €202,626, iżda d-donazzjonijiet jistgħu jibqgħu għaddejin permezz tal-SMS u l-internet. Iktar informazzjoni mis-sit www.ohloqtbissima.com.