Temp
Oħroġ il-ħwejjeġ tax-xitwa
Il-bassara tat-temp indipendenti FirstMalta.com qegħdin ibassru li mill-ġimgħa d-dieħla t-temperaturi se jinżlu bi ftit gradi oħra u mhux mistennija jaqbżu l-20C matul il-ġurnata u jinżlu viċin il-15C mal-lejl.

Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa se jilħaqna l-ewwel front kiesaħ mill-Ewropa li qed jippenetra fuq iċ-ċentru tal-Mediterran.

FirstMalta.com spjegat li l-mappa turi t-temperaturi ta’ bħalissa fuq il-Mediterran. Spjegat li naraw li front kiesaħ (immarkat bil-blu) qed jipponta u jippenetra lejn iċ-ċentru tal-Mediterran.

Bħala statistika, it-temperaturi mkejjla bejn l-1981 u l-2010 f’Ħal Luqa turi li l-ogħla temperatura f’Novembru tilħaq l-20.7C bħala medja, filwaqt li lejn Dicembru l-ogħla temperatura mkejla matul il-ġurnata tkun mistennija viċin is-17.1C. Filwaqt li bħala rekords li qatt ġew imkejjla naraw li f’Novembru tal-1978 it-temperatura niżlet sa 5C (mal-lejl), filwaqt li l-ogħla f’Novembru tal-1998 laħqet it-28.2C.

Tgħid mill-jiem li ġejjin se nibdew nilbsu x-xalel u l-kowtijiet?

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar