Politika
Il-Kap tal-PN jgħid li hu dmir tal-Maltin li jfakkru lil Daphne Caruana Galizia, oħtha tkeċċih mill-mafkar

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, flimkien ma’ għadd ta’ deputati tal-PN, dalgħodu żar il-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt, li qed jintuża minn xi wħud bħala mafkar għal Daphne Caruana Galizia.

Fil-ħin tal-wasla tal-esponenti tal-Partit Nazzjonalista fl-għeluq tas-sentejn mill-qtil tal-ġurnalista, fuq il-post kien hemm Helene Asciak, li hija oħt Daphne Caruana Galizia.

F’filmat miġbud mis-sit Lovin Malta, is-Sinjura Axiaq esprimiet dispjaċir b’din iż-żjara, u talbet lil Dr Delia u lil dawk li kienu miegħu biex jitilqu ’l hemm u ma jpoġġux fjuri. Dr Delia spjega li ż-żjara saret b’sinjal ta’ rispett, u poġġa l-fjuri xorta waħda.

Fi stqarrija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalisa Adrian Delia qal li huwa d-dmir ta’ kull Malti u Maltija, hi x’inhi l-fehma, li jfakkru lil Daphne Caruana Galizia. Qal li l-Partit Nazzjonalista jemmen li kulħadd għandu d-dmir li jippromwovi kunsens nazzjonali madwar il-valur tal-figura ta’ ġurnalista li ġiet assassinata proprju għax bl-investigazzjonijiet tagħha f’każijiet ta’ korruzzjoni, ksur ta’ liġi u abbużi fittxet li tipproteġi liċ-ċittadini Maltin.

Sostna li l-qtil ta’ Caruana Galizia hu ta’ dannu kbir għad-demokrazija ta’ pajjiż għaliex iċaħħad lin-nies minn informazzjoni li huma għandhom dritt li jkunu infurmati dwarha. Il-Partit Nazzjonalista qal filwaqt li l-Prim Ministru Joseph Muscat ma jridx li ssir ġustizzja u li toħroġ il-verità, huwa se jibqa’ jkun fuq quddiem sabiex toħroġ il-verità kollha u ssir ġustizzja.

 

Ara wkoll:

Diversi reazzjonijiet fis-sentejn mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

COVID-19

Għalkemm il-virus Covid 19 għadu mhux megħlub għalkollox u l-vaċċin kontrih jista’ jieħu bosta xhur oħra sakemm jiġi żviluppat u tibda l-produzzjoni tiegħu, bosta pajjiżi reġgħu bdew ibexxqu l-bieb tas-sistema…

COVID-19

Wara aktar minn xahrejn mċaħħda milli jaraw lill-qraba anzjani tagħhom, għadd kbir ta’ qraba bdew jingħataw l-opportunità li jaraw lil qrabathom minn wara l-perspex. Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vincenz de…

Aktar