Lokali
Oħt Zack tgħid li se tibqa’ tiġġieled sal-aħħar biex issir ġustizzja miegħu

Oħt Zack Meli, li nqatel dal-lejl, kitbet fuq Facebook li se tibqa’ tiġġieled sal-aħħar biex issir ġustizzja miegħu.

Hija qalet li mhux se tkun tista’ terġa’ tgħannqu u qatt mhu se terġa’ tirċievi xi sms mingħandu.

Zach Meli ta’ 24 sena mis-Swieqi kmieni dalgħodu kien il-vittma f’argument sfortunat li nqala’ fit-taraġ ta’ Paceville, kif inhi magħrufa din it-triq tant popolari maż-żgħażagħ li jiffrekwentaw din il-mekka ta’ divertiment.

Il-pulizija qed iżżomm arrestat lil Denis Davkov, żagħżugħ Bulgaru ta’ 19-il sena li joqgħod Tas-Sliema, b’rabta mal-mewt ta’ Zach Meli, li kellu 24 sena mis-Swieqi. Meli miet waqt argument li seħħ kmieni l-Ħadd filgħodu f’Paceville.

Ara wkoll:

Zach Meli nqatel wara argument li allegatament qam minħabba li laqat tfajla

Aħbarijiet Oħra
Cryptocurrency

Malta għandha tliet liġijiet li jirregolaw l-industrija l-ġdida relatata mal-block chain u l-muniti diġitali. Esperti f’dal-qasam jemmnu li s-setturi se jkunu l-mod kif isir in-negozju fil-futur. Mark Bugeja hu espert…

Temp

Tliet snin oħra jaħbat għeluq il-mitt sena mill-ftuħ tal-ewwel uffiċċju għat-tbassir tat-temp f’Malta. Fil-jum dinji tal-metereoloġija, iċċelebrat bħal-lum, it-23 ta’ Marzu, jitfakkar it-twaqqif tal-organizzazzjoni dinjija tal-meteoroloġija fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda…

Sport

Illejla fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, f’logħba li ntemmet għall-ħabta tat-8.00pm, Malta rebħet lill-Gżejjer Faroe 2-1. Goals skurjati minn Kyrian Nwoko u penalty ta’ Steve Borg – wieħed f’kull taqsima. Il-Gżejjer…

Kultura

Il-Proġett “Żunżana” jikkonsisti f’sensiela ta’ ħames kunċerti li se jittellgħu b’kollaborazzjoni bejn Aġenzija Żgħażagħ u l-Għaqda Każini tal-Banda minn grupp ta’ bandisti żgħażagħ li bdew idoqqu fl-aħħar ħames snin. Il-baned…

Aktar