Kurżitajiet, Lokali
Okkażjoni rari biex tara pittura ta’ Mattia Preti fil-Ministeru għal Għawdex

It-Tnejn li ġej, il-pittura ta’ Mattia Preti li turi lil Daniel jinterpreta l-ħolma tar-Re Nebukadnezzar se tkun għall-wiri fil-Ministeru għal Għawdex f’okkażjoni rari ħafna qabel titpoġġa fil-mużew t’Għawdex li għad irid jiġi żviluppat fil-Belt Victoria. Il-pittura hi waħda mill-aktar preġjata fl-inventarju tal-arti nazzjonali.

Il-pittura tas-seklu sbatax ta’ Mattia Preti, b’Daniel jinterpreta l-ħolma tar-Re tal-Babilonja Nebukadnezzar inxtrat sentejn ilu mill-Ministeru għal Għawdex għas-somma ta’ €371,000.

Il-pittura kbira metru u nofs b’żewġ metri maħduma fuq il-kanvas imnebbħa mill-ktieb ta’ Daniel fit-testment l-antik inxtrat f’irkant bil-ħsieb li tkun waħda mill-attrazzjonijiet ewlenin tal-Mużew t’Għawdex li għad irid isir fl-ex liċeo Ninu Cremona r-Rabat Għawdex u li se jiġbor taħt saqaf wieħed il-wirt artistiku u kulturali t’Għawdex.

Sa minn meta nġiebet Malta, il-pittura kienet għand Heritage Malta iżda l-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana ħasbet li fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika, it-Tnejn li ġej il-pittura titgawda mill-pubbliku f’waħda mis-swali tal-Ministeru għal Għawdex.

“Apparti l-valur monetarju, il-valur artistiku li għandha din il-pittura li ċertament ħa tkun waħda mill-attrazzjonijiet ewlenin għall-ġranet tar-Repubblika li dak li jkun Għawdex ikun jista’ jiġi jgawdi, jara u jantiċipa x’ġej meta jkollna l-mużew t’Għawdex li se jsir b’fondi tal-UE,” qalet il-Ministru.

Imfisser bħala s-surmast tal-arti barokka, Mattia Preti għex u pitter f’art twelidu l-Italja u għal xi żmien f’Malta fejn kien tqabbad ipinġi s-saqaf tal-Kon Kattidral ta’ San Ġwann, f’knejjes oħrajn u kollezzjonijiet privati.

Fil-pittura li hi waħda mill-aktar prezzjużi fil-kollezzjoni nazzjonali tal-arti, Daniel bit-tifsira tal-ħolma li kellu r-re tal-Babijona Nebukadnezzar li kienet li r-re ghandu jibqa’ siequ mal-art ghax is-setgħa, l-ġid u l-influwenza li kellu kienu ngħatawlu minn Alla u ma kinux tiegħu.

Qabel it-Tnejn li ġej f’Għawdex, il-pittura setgħet tiġi ammirata biss f’Turin u Taverna l-Italja fejn ġieli kienet għall-wiri.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Richard Edwards jgħid li l-ewwel bikja ta’ ibnu kienet l-isbaħ mużika għal widnejh. Iċ-ċkejken Benjamin twieled jumejn ilu wara ħafna stennija u b’ħafna ferħ, missieru Richard Edwards ħabbar l-aħbar fuq…

Barranin, Kurżitajiet

Id-Dukessa ta’ Cambridge Kate Middleton normalment dejjem tadatta x’tilbes skont fejn tmur.  Iżda l-libsa li kellha fl-avveniment tal-bieraħ meta attendiet għall-unuri tal-aħjar films u programmi televiżivi fl-Ingilterra, magħrufa aħjar bħala…

Kurżitajiet

Ix-xjentisti qed jagħmlu passi ’l quddiem fil-qasam tat-testijiet bijoloġiċi biex wieħed jintebaħ jekk uliedu jbatux mill-awtiżmu. Dan permezz ta’ testijiet tad-demm u tal-urina. L-istudju tagħhom eżamina tfal bi u mingħajr…

Kurżitajiet

Qassis fi Spanja ma ndunax li kien qiegħed iżewweġ 2 tfajliet. Iż-żwieġ sar fl-1901 fil-Knisja San Jorge, f’A Coruña fi Spanja. Iż-żwieġ bejn Elisa u Marcela huwa l-unika żwieġ bejn…

Aktar