Lokali
Olandiż arrestat wara li nqabad b’kilo u nofs kokaina

Olandiż ta’ 54 sena ġie arrestat wara li nqabad b’kilo u nofs tas-sustanza bajda suspettata droga kokaina.

Huwa ġie arrestat wara diversi jiem ta’ osservazzjoni mill-iskwadra ta’ kontra d-droga f’Buġibba.

Il-Pulizija kompliet bi tfittxija fir-residenza tiegħu f’Buġibba fejn instabu oġġetti relatati mad-droga u ammont ta’ flus kontanti.

Huwa qed jinżamm mill-Pulizija u għada mistenni jitressaq il-Qorti.