Lokali
Oliver Friggieri se jmexxi l-kumitat tal-kommemorazzjoni tal-100 sena mis-Sette Giugno

Il-Professur Oliver Friggieri ġie maħtur mill-Gvern biex imexxi l-kumitat li se jkun responsabbli mill-kommemorazzjoni tal-100 sena mis-Sette Giugno, il-100 sena mill-għoti tal-Kostituzzjoni tas-Self-Government u l-40 sena mill-kisba tal-Ħelsien.

Il-Professur Friggieri kien diġà mexxa l-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali mwaqqfa fl-2013 u se jerġa’ jkun hu li jmexxi dan il-kumitat li jfakkar tliet ġrajjiet importanti fl-istorja ta’ pajjiżna: il-100 anniversarju mis-Sette Giugno tal-1919, il-100 sena mill-għoti tal-Kostituzzjoni tas-Self-Government u l-40 sena mill-kisba tal-Ħelsien fl-1979.

Il-kumitat, li se jkun magħmul minn membri li kienu fil-Fondazzjoni għaċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, se jkun magħmul minn:

Chairperson: Professur Oliver Friggieri

Membri:

Dr Philip Farrugia Randon

John Zarb

Gianni Zammit

Professur Ray Mangion

Mario Farrugia Borg

Annabelle Stivala

Albert Marshall

Lou Bondi

Jason Busuttil

Lino Farrugia

Sandro Kitcher