Ħatriet
Oliver Scicluna se jiġi co-opted fil-Parlament bħala MP tal-PL

Oliver Scicluna mistenni jinħatar bħala Membru Parlamentari, wara li iktar kmieni llum id-deputat laburista Gavin Gulia irriżenja mill-Kamra tad-Deputati ftit tal-ħin biss wara li ħa l-ġurament tal-ħatra.

TVM huwa infurmat li s-Sur Scicluna se jiġi co-opted fil-Parlament wara li Dr Gulia se jibqa’ jservi fil-kariga ta’ Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li qal tinsab fi żmien kruċjali.  Bħalissa Oliver Scicluna huwa l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, kif ukoll membru fil-Bord tad-Diretturi tal-PBS.

Ara wkoll:

Dr Gavin Gulia jirriżenja mill-Kamra tad-Deputati ftit tal-ħin biss wara li ħa l-ġurament tal-ħatra