Stejjer Umani
Omm bla saqaf fuq rasha jirnexxilha ġġib żewġ diplomi u ssib xogħol

Meta kienet tifla, trabbiet fl-istituti u meta kibret kellha żewġt itfal u minħabba vjolenza domestika spiċċat barra fit-triq. Bl-għajnuna li ngħatat mill-Fondazzjoni Dar il-Hena, il-Caritas u l-Fondazzjoni Alfred Mizzi, il-mara li għad għandha 26 sena kisbet żewġ diplomi, bdiet tahdem u daqt tkun tista’ terġa’ tgħix maż-żewġ uliedha.

Kellha biss ftit snin, meta Jane minħabba problemi fil-familja intbagħtet tgħix f’diversi djar tat-tfal u f’xi okkażjonijiet ma’ nannietha. Jane qaltilna li meta kienet żgħira anke ħarbet mid-dar bit-tama li ssib ambjent ta’ familja.

“Minn mindu kont żgħira, dejjem minn ġo home għal oħra, nirritorna mal-familja u ċerti ċirkustanzi jitfawni barra”.

Meta kibret kellha relazzjoni u żewġt itfal, iżda l-ġajja kompliet tagħtiha bil-ħarta għaliex ir-relazzjoni kienet abbużiva tant li kellha titlaq mid-dar b’żewġt itfal żgħar u ssib l-għajnuna.

Jane qalet li meta spiċċat bla saqaf fuq rasha sofriet attakki kbar ta’ ansjetà u spiċċat l-isptar u ż-żewġt ulied kellhom jgħixu ġo dar tat-tfal, mifruda minnha.

Bid-dmugħ f’għajnejha, Jane qalet li bdiet tgħix ħajjitha bis-saħħa tal-programm Reach tal-Ministeru tal-Familja li ssir bi sħab bejn il-Fondazzjoni Dar il-Hena, il-Fondazzjoni Alfred Mizzi u Caritas.

“Fis-sena li ġejt hawn ġibt żewg diplomas, wieħed mental health u ieħor fil-mental, biex b’dak li għaddejt jien nifhem u nkun ta’ spalla għal ħaddieħor”.

Mgħannqa ma’ uliedha Jane qaltilna li dak li qed tagħmel kollox għal uliedha għax ma tridx li tagħtihom ħajja bhal li kellha hi.

“Ma qatgħetx qalbha l-mummy ma jaqta’ qalbu ħadd, kuraġġ, batew miegħi imma se jgawdu miegħi”.

Il-programm Reach ilu għaddej tlett snin u għen nies bla saqaf fuq rashom, fosthom nisa bit-tfal, biex iqumu fuq saqajhom. Kelliema għall-programm Reach Roberta Gellel qalet li fi tlett snin, ngħataw l-għajnuna ‘l fuq minn sittin persuna, flimkien ma’ għadd ta’ tfal, u li lkoll temmew il-programm b’suċċess li matulu minbarra l-għajnuna emozzjonali ġew mgħejjuna jsibu xogħol u anki fejn joqogħdu.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Malta Police Association qalet li l-amnestija għall-multi li weħlu ċertu individwi, minħabba l-miżuri li daħlu fis-seħħ minħabba Covid 19 meta nġemgħu fi gruppi kontra l-avviżi legali, hija insult kbir għall-ħidma…

COVID-19

Il-Pulizija se takkuża żewġ persuni – wieħed b’theddid fuq uffiċjal pubbliku u li ma obdiex l-ordnijiet tal-pulizija u ieħor li ostakola t-triq b’vettura waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-partitarji meta nhar it-Tnejn filgħaxija…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li hemm ħafna nies li qed ibatu u negozji li jeħtieġu l-għajnuna. Qal li l-Partit Nazzjonalista ser jibqa’ jaħdem biex il-pajjiż ikollu…

Aktar