Qorti
Omm, iben u żagħżugħ il-Qorti b’rabta ma’ serq

Mara li iktar kmieni din il-ġimgħa ngħatat sentenza sospiża fuq serq minn kmamar ta’ lukanda, reġgħet lura l-Qorti din id-darba ma’ binha ta’ 19-il sena, akkużata b’numru ta’ serqiet minn ristorant fl-Imġarr.

Il-każijiet seħħew f’Novembru li għadda. Maria Pia Zammit ta’ 34 sena ċaħdet l-akkużi u baqgħet arrestata sakemm tingħata s-sentenza u jixhdu iktar nies. Binha Leon Lee Zammit ammetta l-akkużi u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depozitu ta’ €4,000 u garanzija personali ta’ €15,000.

Separatament tressaq ukoll Samuel Gauci ta’ 18-il sena akkużat li kien kompliċi ma’ Maria Pia u Leon Lee Zammit. Huwa kien akkużat li saq lill-omm u ‘l binha fuq il-post fejn serqu. Gauci ammetta u ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għall-erba’ snin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Studju li sar mil-Kumpanija EY b’kollaborazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ wera li l-Industrija tal-Yachting tiġġenera aktar minn €100 miljun fis-sena minħabba dħul ieħor dirett għall-Gvern. Id-dettalji ngħataw f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-Ministru…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li minkejja li rreżista r-riformi l-Gvern kellu jimplimenta t-tibdil li qaltlu l-Kummissjoni Venezja. Waqt li kien qed jindirizza attività politika fiż-Żurrieq illejla, il-Kap Nazzjonalista qal…

Qorti

Raġel ta’ 26 sena, Steve Galea li nstab ħati li għex fuq il-prostituzzjoni tas-sieħba tiegħu, skansa l-ħabs wara li biddel ħajtu. Galea, kien ukoll akkużat li flimkien ma’ tnejn oħra,…

Aktar