Lokali
Omm issewwi l-ħsara ta’ binha

Wara l-istorja li ħareġ dan is-sit dwar l-appell ta’ sid ta’ ħanut taż-żraben li bagħtilna filmat għax kien qed ifittex min allegatament seraqlu par żarbun, tvm.com.mt jista’ jikkonferma li l-każ ġie solvut f’temp ta’ kważi ġimgħatejn.

Is-sid tal-ħanut irrakkonta ma’ tvm.com.mt li lbieraħ marret mara mbikkma għandu li tiġi omm il-ġuvni li allegatament seraq iż-żarbun mill-ħanut.  Hija ħallsitu taż-żarbun u sid il-ħanut informa lill-Pulizija li ried jagħlaq il-każ.

Huwa rringrazzja wkoll lil tvm.com.mt talli rnexxielu jintraċċa x’kien ġara u wera apprezzament lil kull min fornieh bl-informazzjoni biex seta’ jsib tarf tal-każ fl-iqsar żmien possibbli.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Riċerka ppubblikata fl-aħħar jiem tixħet dawl dwar l-ewwel attentati għas-separazzjoni tal-poteri bejn Stat u Knisja f’Malta. Kien Nicolo’ Muscat – figura prominenti fl-amministrazzjoni tal-Ordni tal-Kavallieri – li f’nofs is-seklu 18…

Lokali

Ġimgħa wara d-delitt ta’ omm żagħżugħa f’Raħal Ġdid li allegatament inqatlet mis-sieħeb tagħha, bosta għaqdiet speċjalment tan-nisa komplew jitkellmu b’diversi stqarrijiet dwar dan il-femiċidju u l-problema tal-vjolenza domestika. Mill-banda l-oħra…

Annimali

L-Assoċjazzjoni Exotic Finch Malta qed tagħti opportunità oħra lill-pubblika japprezza l-ġmiel ta’ 500 għasfur li minkejja li l-oriġini tagħhom hija barranija tfaqqsu f’Malta wara ħafna studju u esperementazzjoni. Il-wirja li…

Lokali

Il-Malta National Electromobility Platform fi ħdan Transport Malta qed tikkordina diversi inizjattivi u attivitajiet marbuta mal-Ġimgħa Ewropea Tal-Mobbiltà. It-tema għal din is-sena hija “Multimodality – Mix and Move”. Din it-tema…

Aktar